All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
HelpCenter FAQ
Meta naħsbu dwar it-tibdil tal-iskart f’riżorsa, inkunu qed niddeskrivu ekonomija ċirkolari. Dan huwa approċċ sistemiku li ma jqisx il-mudell lineari “take-make-waste” u jadotta mudell ċirkolari fejn il-valur tal-prodotti u tal-materjali jinżamm fl-ekonomija għall-itwal żmien possibbli. L-iskart u l-użu tar-riżorsi jiġi minimizzat u meta prodott li jilħaq tmiem il-ħajja tiegħu, jiġi msewwi, rinnovat, użat mill-ġdid jew irriċiklat biex jinħoloq valur ulterjuri.
Sabiex l-iskart jinbidel f’riżorsa, l-objettivi tal-immaniġġjar tal-iskart iridu jiġu allinjati mal-għanijiet ta’ tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari. F’ekonomija ċirkolari, l-industrija tal-iskart issir sieħba ewlenija tan-negozji. B’dan il-mod, jiġu ġġenerati flussi ta’ skart ta’ kwalità għolja għar-riċiklaġġ u l-irkupru. Il-flussi tal-iskart ewlenin huma l-iskart muniċipali, l-iskart mill-imballaġġ, l-iskart tal-ikel, il-bijoskart, u l-materja prima kritika.
Għal aktar tagħlim dwar dan is-suġġett, żur il-paġni elettroniċi tagħna dwar l-użu tar-riżorsi u l-materjali, u l-iskart u r-riċiklaġġ.
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/help/mistoqsijiet-frekwenti-faqs/kif-nistghu-nibdlu-l-iskart-f2019rizorsa or scan the QR code.
PDF generated on 10 Oct 2024, 06:45 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn