HelpCenter FAQ
It-tniġġis tal-istorbju ambjentali kif jaffettwa s-saħħa tiegħi?
It-tniġġis tal-istorbju ambjentali, u b’mod partikolari l-istorbju tat-traffiku fit-toroq, huwa ta’ tħassib dejjem akbar fl-Ewropa kollha. L-esponiment fit-tul għall-istorbju minn sorsi ambjentali bħat-trasport bit-triq, bil-ferrovija u bl-ajru jista’ jikkawża varjetà ta’ effetti fuq is-saħħa inkluż fastidju, disturb fl-irqad, effetti negattivi fuq is-sistema kardjovaskulari u metabolika, kif ukoll ħsara konjittiva fit-tfal. L-EEA tistma li l-istorbju ambjentali jikkontribwixxi għal 48 000 każ ġdid ta’ mard tal-qalb iskemiku fis-sena, kif ukoll 12 000 mewta prematura. Barra minn hekk, aħna nistmaw li 22 miljun persuna jbatu minn fastidju kroniku għoli u 6.5 miljun persuna jbatu minn disturbi kroniċi tal-irqad.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta l-aħħar rapport tagħna dwar L-istorbju ambjentali fl-Ewropa — 2020, żur Is-servizz ta’ osservazzjoni u informazzjoni dwar l-istorbju fl-Ewropa jew ikkonsulta l-iskedi informattivi dwar l-istorbju tal-pajjiżi tagħna.
Permalinks
- Permalink to this version
- a15421e884bb4dd29d894d0be3ee9f19
- Permalink to latest version
- 89JQB30MP1
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/help/mistoqsijiet-frekwenti-faqs/it-tniggis-tal-istorbju-ambjentali or scan the QR code.
PDF generated on 04 Jul 2022, 01:43 AM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn