L-ilma u l-ambjent tal-baħar
It-trasport marittimu għandu u se jkompli jkollu rwol essenzjali fil-kummerċ u l-ekonomija globali u Ewropej. F’dawn l-aħħar snin, is-settur marittimu ħa miżuri sinifikanti biex itaffi l-impatti ambjentali tiegħu. Qabel żieda prevista fil-volumi ta’ tbaħħir globali, rapport ġdid jiżvela għall-ewwel darba l-firxa sħiħa tal-impatt tas-settur tat-trasport marittimu tal-UE fuq l-ambjent u jidentifika l-isfidi biex tinkiseb is-sostenibbiltà.
Skont ir-rapport annwali dwar l-Ilma għall-Għawm ippubblikat illum, fl-2020 kważi 83 % tas-siti talilma għall-għawm tal-Ewropa ssodisfaw l-aktar standards stretti tal-Unjoni Ewropea għal kwalità talilma “eċċellenti”. L-aħħar valutazzjoni, imfassla mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) b'kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea, hija bbażata fuq il-monitoraġġ tal-2020 ta' 22,276 sit tal-għawm madwar l-Ewropa. Dawn ikopru lill-Istati Membri tal-UE, l-Albanija u l-Iżvizzera matul l2020.
Ibbrawżja l-katalgu
Filtered by
L-Unjoni Ewropea tat bidu għal pjanijiet ambizzjużi biex tnaqqas b’mod drastiku l-emissjonijiet u t-tniġġis matul id-deċennji li ġejjin. Parti minn dan jinkludi l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero li tnieda reċentement u li se jiffoka fuq it-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija għal livelli li ma għadhomx jitqiesu ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Aħna ltqajna ma’ Ian Marnane, espert tal-ambjent, tas-saħħa u tal-benesseri tal-EEA. Attwalment qed jaħdem fuq rapport li jmiss tal-EEA dwar it-Tniġġis Żero, li mistenni jiġi ppubblikat aktar tard din is-sena.
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) reċentement ippubblikaw ir-Rapport Ambjentali dwar it-Trasport Marittimu Ewropew (EMTER), li huwa valutazzjoni konġunta dwar l-impatti ambjentali tat-trasport marittimu fl-Ewropa. Aħna intervistajna lil Stéphane Isoard, Kap tal-grupp għal suġġetti dwar l-ilma u l-baħar fl-EEA, li kien qed imexxi t-tim tal-EEA li kien qed jaħdem fuq ir-rapport.
It-trasport marittimu għandu u se jkompli jkollu rwol essenzjali fil-kummerċ u l-ekonomija globali u Ewropej. F’dawn l-aħħar snin, is-settur marittimu ħa miżuri sinifikanti biex itaffi l-impatti ambjentali tiegħu. Qabel żieda prevista fil-volumi ta’ tbaħħir globali, rapport ġdid jiżvela għall-ewwel darba l-firxa sħiħa tal-impatt tas-settur tat-trasport marittimu tal-UE fuq l-ambjent u jidentifika l-isfidi biex tinkiseb is-sostenibbiltà.
Tniġġis Żero: Il-maġġoranza l-kbira tal-ilmijiet għall-għawm tal-Ewropa jilħqu l-ogħla standards ta' kwalità
News 01 Jun 2021Skont ir-rapport annwali dwar l-Ilma għall-Għawm ippubblikat illum, fl-2020 kważi 83 % tas-siti talilma għall-għawm tal-Ewropa ssodisfaw l-aktar standards stretti tal-Unjoni Ewropea għal kwalità talilma “eċċellenti”. L-aħħar valutazzjoni, imfassla mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) b'kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea, hija bbażata fuq il-monitoraġġ tal-2020 ta' 22,276 sit tal-għawm madwar l-Ewropa. Dawn ikopru lill-Istati Membri tal-UE, l-Albanija u l-Iżvizzera matul l2020.
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn