Il-ħamrija
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Irish Gaelic (ga)
- Croatian (hr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Il-ħamrija hija l-bażi ta’ 90 % tal-produzzjoni ta’ l-ikel, l-għalf, il-fibra u l-fjuwil kollha, u tipprovdi materja prima għal attivitajiet mill-ortikoltura għas-settur ta’ kostruzzjoni. Il-ħamrija hija wkoll essenzjali għas-saħħa ta’ l-ekosistema: din tippurifika u tirregola l-ilma, hija l-magna għaċ-ċikli tan-nutrijenti u r-riżerva għall-ġeni u l-ispeċi, li jappoġġjaw il-biodiversità. Din hija bir tal-karbonju globali, li għandha rwol importanti fit-tnaqqis potenzjali tat-tibdil fil-klima u l-impatti tagħha. Barra minn hekk, billi tikkonserva traċċi tal-passat tagħna, din hija element importanti tal-wirt kulturali tagħna. More
Ibbrawżja l-katalgu
Filtered by
L-art u l-ħamrija huma essenzjali għas-sistemi naturali u għas-soċjetà umana, iżda l-attivitajiet tal-bniedem jheddu l-funzjonament tar-riżorsi globali tal-art, fosthom il-ħamrija. Għaliex qiegħed jiġri dan? X'qiegħda tagħmel l-Ewropa biex twaqqfu? L-2015 hija s-Sena Internazzjonali tal-Ħamrija, u għalhekk qegħdin nagħmlu dawn il-mistoqsijiet lil Geertrui Louwagie, maniġer tal-proġett għall-valutazzjonijiet u għar-rapportar dwar il-ħamrija fl-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.
