All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
HelpCenter FAQ
L-adattament ifisser l-antiċipazzjoni tal-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima u t-teħid ta’ azzjoni xierqa biex tiġi pprevenuta jew imminimizzata l-ħsara li jistgħu jikkawżaw, jew it-teħid ta’ vantaġġ mill-opportunitajiet li jistgħu jinqalgħu. Eżempji ta’ miżuri ta’ adattament jinkludu bidliet infrastrutturali fuq skala kbira, bħall-bini ta’ difiżi għall-protezzjoni kontra ż-żieda fil-livell tal-baħar, kif ukoll bidliet fl-imġiba, bħal ta’ individwi li jnaqqsu l-ħela tal-ikel tagħhom. Essenzjalment, l-adattament jista’ jinftiehem bħala l-proċess ta’ aġġustament għall-effetti attwali u futuri tat-tibdil fil-klima.
Il-mitigazzjoni tfisser li l-impatti tat-tibdil fil-klima jsiru inqas severi billi tiġi evitata jew titnaqqas l-emissjoni ta’ gassijiet serra (GHG) fl-atmosfera. Il-mitigazzjoni tinkiseb jew billi jitnaqqsu s-sorsi ta’ dawn il-gassijiet — eż. billi jiżdied is-sehem tal-enerġiji rinnovabbli, jew billi tiġi stabbilita sistema ta’ mobbiltà aktar nadifa — jew billi jittejjeb il-ħżin ta’ dawn il-gassijiet — eż. billi jiżdied id-daqs tal-foresti. Fil-qosor, il-mitigazzjoni hija intervent uman li jnaqqas is-sorsi tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u/jew li jżid ir-riżervi.
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/help/mistoqsijiet-frekwenti-faqs/x2019inhi-d-differenza-bejn-l or scan the QR code.
PDF generated on 09 Nov 2024, 06:17 PM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn