HelpCenter FAQ
L-istrateġija tal-Ewropa “Mill-Għalqa sal-Platt” kif tista’ tgħin biex tinkiseb sistema tal-ikel li tirrispetta l-ambjent?
Parti mill-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” se tgħin fit-tfassil mill-ġdid tas-sistemi tal-ikel tagħna, li llum jammontaw għal parti kbira mill-emissjonijiet globali ta’ gassijiet serra, jikkunsmaw ħafna riżorsi naturali, u spiss jirriżultaw f’telfien ta’ bijodiversità u f’impatti negattivi fuq is-saħħa. Din l-istrateġija se jkollha l-għan li tnaqqas l-użu tal-pestiċidi, tindirizza n-nutrijenti żejda u r-reżistenza għall-antimikrobiċi, u tagħti spinta lill-biedja organika fl-UE. Din għandha l-għan li toħloq sistema tal-ikel b’saħħitha, li ttaffi l-impatti tal-agrikoltura fuq it-tibdil fil-klima, li treġġa’ lura t-telfien tal-bijodiversità u li tiġġenera dħul ekonomiku aktar ġust għal dawk li jaħdmu fis-settur. Diversi servizzi ta’ konsulenza, kif ukoll strumenti finanzjarji u r-riċerka u l-innovazzjoni se jgħinu biex issir din it-tranżizzjoni.
Ara l-artiklu tal-EEA dwar Menus li qed jinbidlu, pajsaġġi li qed jinbidlu — Agrikoltura u ikel fl-Ewropa għal aktar għarfien dwar dan is-suġġett.
Permalinks
- Permalink to this version
- 6a784e9689dd4a2392f4d7bb7afad378
- Permalink to latest version
- CWF4EGAD1N
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/help/mistoqsijiet-frekwenti-faqs/l-istrategija-tal-ewropa-201cmill or scan the QR code.
PDF generated on 06 Jun 2023, 09:41 PM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn