Personal tools

sussegwenti
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għall-navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Dwar l-EEA / Il-Pajjiżi u l-Eionet

Il-Pajjiżi u l-Eionet

Biddel il-lingwa
Immodifikat l-aħħar: Sep 19, 2012 02:59 PM
L-EEA issa għandha 32 pajjiż membru u seba’ pajjiżi li jikooperaw. In-netwerk Ewropew tal-Informazzjoni u l-Osservazzjoni tal-ambjent (Eionet) huwa netwerk ta' sħubija tal-EEA u l-pajjiżi. L-EEA hija responsabbli għall-iżvilupp tan-netwerk u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tiegħu. Sabiex jiġi mwettaq dan, l-EEA taħdem mill-viċin mal-punti fokali nazzjonali, li ħafna drabi huma l-aġenziji nazzjonali għall-ambjent jew il-ministeri għall-ambjent. Dawn huma responsabbli għall-koordinazzjoni tan-netwerks nazzjonali li jinvolvu ħafna istituzzjonijiet (madwar 300 b'kollox).

Il-pajjiżi membri u li jikkooperaw

It- 32 pajjiż membruu nbsp; jinkludu s-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-Iżlanda, Liechtenstein, in-Norveġja, l-Iżvizzera u t-Turkija.

Is-seba’ pajjiżi tal-Balkani tal-Punent huma pajjiżi li jikkooperaw: l-Albanija, il-Bosnja- Ħerzegovina, il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja kif ukoll il-Kosovo skont ir-Riżoluzzjoni 1244/99 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Dawn l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni huma integrati f’Eionet u huma appoġġati mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni.

L-EEA tinvolvi ruħha wkoll f’kooperazzjoni internazzjonali estensiva ’lil hinn mill-pajjiżi membri tagħha stess.

EEA Member Countries Ikklikkja fuq il-mappa sabiex tkabbar il-veduta


In-netwerk Ewropew tal-Informazzjoni u l-Osservazzjoni tal-Ambjent (Eionet).

In-netwerk Ewropew tal-Informazzjoni u l-Osservazzjoni tal-ambjent (Eionet) huwa netwerk ta' sħubija tal-EEA u l-pajjiżi membri tagħha u li jikkooperaw magħha. L-EEA hija responsabbli għall-iżvilupp tan-netwerk u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tiegħu. Sabiex jiġi mwettaq dan, l-EEA taħdem mill-qrib mal-Punti Fokali Nazzjonali (NFPs), li ħafna drabi huma l-aġenziji nazzjonali għall-ambjent jew il-ministeri għall-ambjent fil-pajjiżi membri.

L-NFPs huma responsabbli għall-koordinazzjoni tan-netwerks taċ-Ċentri ta’ Referenza Nazzjonali (NRCs), li jlaqqgħu flimkien madwar 1000 espert minn aktar minn 350 istituzzjoni nazzjonali u korpi oħrajn li jitrattaw tagħrif ambjentali.

Minbarra NFPs u NRCs, attwalment Eionet ikopri sitt Ċentri Topiċi Ewropej (ETCs) fl-oqsma tal-arja u  t-tibdil fil-klima, id-diversità bioloġika, l-impatti tat-tibdil fil-klima, il-vulnerabbiltà u l-addattament, l-ilma, l-użu tal-art u informazzjoni u analiżi spazjali u l-konsum u l-produzzjoni sostennibbli.

Aktar informazzjoni:

Netwerks oħra

L-EEA tieħu sehem f'netwerks oħra fil-qasam ambjentali, per eżempju

Dokument Azzjonijiet
Kummenti dwar traduzzjonijiet
Jekk jogħġbok għinna tiżdied il-kwalità tat-traduzzjonijiet.
Sign up issa!
Get notifiki dwar ir-rapporti u prodotti ġodda. Bħalissa għandna 58241 abbonati. Frekwenza: emails 3-4 / xahar.
Notifiki arkivju
Follow us
 
 
 
 
 
Ewropea għall-Ambjent Ambjent (EEA)
F'Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefon: +45 3336 7100