Dwar l-EEA
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Min aħna
May 20, 2008L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) hija aġenzija tal-Unjoni Ewropea. Xogħolna hu li nipprovdu informazzjoni tajba u indipendenti dwar l-ambjent. Aħna sors ewlieni ta' informazzjoni għal dawk involuti fl-iżvilupp, l-adozzjoni, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta' politika ambjentali, kif ukoll għall-pubbliku in ġenerali. Fil-preżent l-EEA għandha 32 pajjiż membru.
X'nagħmlu
May 23, 2008Governanza
May 20, 2008L-EEA hija ggvernata b'Bord u Bureau ta' Tmexxija, b'Kumitat Xjentifiku b'kapaċità li jagħti l-pariri. Id-Direttur Eżekuttiv huwa responsabbli lejn il-bord tat-tmexxija għall-implimentazzjoni tal-programmi u għat-tmexxija ta' kuljum tal-EEA.
Il-Pajjiżi u l-Eionet
May 22, 2008Imsieħba tal-Unjoni Eworpea
Aug 10, 2007L-informazzjoni tagħna hija ddisinjata biex tgħin lil min ifassal il-politika sabiex jagħmel politiki u deċiżjonijiet li huma ta' ġid għall-ambjent u konsistenti. Sabiex tinkiseb din, l-EEA taħdem mill-qrib mal-Istituzzjonijiet tal-UE, jiġifieri l-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ministri. L-EEA tikkopera wkoll mal-korpi konsultattivi tal-UE, jiġifieri l-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u aġenziji Ewropej oħra.
Kooperazzjoni internazzjonali
Aug 10, 2007Ħafna kwistjonijiet ambjentali huma ta' natura transkonfinali u jistgħu jkollhom firxa globali. Jitgħu jkunu indirizzati b'mod effettiv permezz tal-kooperazzjoni internazzjonali biss. Il-kwistjonijiet b'relevanza globali ta' prijorità għall-EEA huma l-bidla fil-klima, it-tniġġis tal-arja, il-produzzjoni u l-konsum sostenibbli, il-bijodiversità, is-saħħa u l-ambjent u s-sistema ta' informazzjoni ambjentali kondiviża.
Dokument Azzjonijiet
Jaqsmu ma 'oħrajn