You are here: Home Kamra tal-istampa News releases Il-kwalità tal-ilma għall-għawm fl-UE qed titjieb
Personal tools

Il-kwalità tal-ilma għall-għawm fl-UE qed titjieb

Change language
Published: Jun 11, 2009 Last modified: Apr 13, 2011
Ir-rapport annwali dwar l-ilma għall-għawm li tressaq illum mill-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent jiżvela li l-maġġoranza l-kbira taż-żoni tal-għawm madwar l-Unjoni Ewropea fis-sena 2008 laħqu l-istandards tal-UE għall-iġjene. Matul l-istaġun tal-għawm, madwar 96 % taż-żoni kostali tal-għawm u 92 % taż-żoni tal-għawm fix-xmajjar u l-għadajjar kienu konformi mal-istandards minimi. Ir-rapport jipprovdi tagħrif siewi dwar il-kwalità tal-ilma għall-miljuni ta' persuni li jżuru x-xtajtiet Ewropej kull sajf.

Is-sorsi ta' tagħrif bħal dan ir-rapport u l-għodod ibbażati fl-internet mhux biss biex jikkontrollaw il-kwalità tal-ilma għall-għawm fil-komunità lokali jew id-destinazzjoni tal-btala tagħhom, imma wkoll sabiex ikunu jistgħu jinvolvu ruħhom b'mod iżjed attiv fl-ambjent tagħhom.

Il-Pofessur Jacqueline McGlade, id-Diretttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent

Il-Kummissarju għall-Ambjent, Stavros Dimas qal: "L-ilma għall-għawm ta' kwalità għolja huwa essenzjali għall-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini Ewropej u l-ambjent – u dan japplika wkoll għall-użi l-oħra kollha tal-ilma. Jiena kuntent li qed nara li l-kwalità ġenerali tal-ilma fiż-żoni tal-għawm qed titjieb madwar l-Unjoni kollha."

Il-Pofessur Jacqueline McGlade, id-Diretttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, żiedet tgħid: "Is-sorsi ta' tagħrif bħal dan ir-rapport u l-għodod ibbażati fl-internet mhux biss biex jikkontrollaw il-kwalità tal-ilma għall-għawm fil-komunità lokali jew id-destinazzjoni tal-btala tagħhom, imma wkoll sabiex ikunu jistgħu jinvolvu ruħhom b'mod iżjed attiv fl-ambjent tagħhom."

Il-kwalità tal-ilma għall-għawm juri xejra ta’ titjib fit-tul

Kull sajf, miljuni ta' Ewropej immorru fuq ix-xtajta biex igawdu x-xemx u jiffriskaw fl-ilma nadif u frisk. Sabiex l-Ewropej ikunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata dwar liema xtajta għandhom jagħżlu, il-Kummissjoni tippublika rapport annwali dwar il-kwalità taż-żoni tal-għawm kostali u tal-ilma ħelu kif irrapportati mill-Istati Membri għax-xtajtiet li jinsabu fit-territorju tagħhom. Din is-sena ir-rapport ġie ppreparat mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambejnt (EEA), li fis-sit elettroniku tagħha qed tagħmel disponibbli mapep u tabelli b'tagħrif dettaljat dwar żoni speċifiċi tal-għawm. 

Fl-2008 l-għadd ta' ilmijiet għall-għawm li ġew immonitorjati żdied b'madwar 75 lok. Mill-21 400 żona tal-għawm li ġew immonitorjati madwar l-Unjoni Ewropea kollha fl-2008, żewġ terzi kienu fuq il-kosta u l-bqija kienu matul ix-xmajjar u l-għadajjar. L-ikbar għadd ta' ilmijiet kostali tal-għawm jinsab fl-Italja, il-Greċja, Franza, Spanja u d-Danimarka, filwaqt li l-Ġermanja u Franza għandhom l-ikbar għadd ta' ilmijiet interni tal-għawm.

Il-kwalità ġenerali tal-ilmijiet tal-għawn fl-UE tjiebet ħafna mill-1990. Il-konformità mal-valuri mandatorji (ir-rekwiżiti minimi ta' kwalità) żdiedet matul il-perjodu 1990 sal-2008 minn 80 % għal 96% u minn 52 % għal 92 % fl-ilmijiet kostali u ilmijiet fuq ġewwa rispettivament. Mill-2007 sal-2008 il-konformità żdiedet kemm għall-ilmijiet interni kif ukoll dawk kostali (1.1 u 3.3 punti perċentwali rispettivament).

Il-monitoraġġ ta' tnax-il Stat Membru skont id-Direttiva l-ġdida tal-għawm

Iż-żoni għall-għawm huma żoni fejn l-għawm huwa espliċitament awtorizzat jew fejn tradizzjonalment ilhom jgħumu għadd kbir ta' nies u fejn dan mhux ipprojbit.

Sabiex tkun determinata l-kwalità tagħhom, l-ilmijiet għall-għawm huma ttestjati kontra għadd ta' parametri fiżiċi, kimiċi u mikrobijoloġiċi li l-valuri mandatorji tagħhom huma stipulati fid-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm[1] . L-Istati Membri għandhom ikunu konformi mal-valuri obbligatorji iżda jistgħu jadottaw l-istandards iktar stretti u l-valuri ta' gwida li ma jorbtux.

Fl-2006 daħlet fis-seħħ Direttiva ġdida dwar l-għawm [2] li aġġornat il-parametri u d-dispożizzjonijiet tal-monitoraġġ skont l-aħħar għarfien xjentifiku. Id-Direttiva l-ġdida tisħaq aktar fuq l-għoti ta‘ għarfien lill-pubbliku dwar il-kwalità taż-żoni tal-għawm. L-Istati Membri għandhom sal-2015 sabiex jimplimentaw kompletament id-Direttiva l-ġdida imma tnax-il Stat Membru (Ċipru, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, is-Slovakkja, Spanja u l-Iżvezja) diġà għamlu monitoraġġ taż-żoni tal-għawn tagħhom matul l-istaġun tal-għawm tal-2008 sont il-parametri tad-Direttiva l-ġdida.

Kuntatti:


Links

[1] Id-Direttiva 76/160/KEE dwar il-kwalità tal-ilma għall-għawm

[2] Id-Direttiva 2006/7/KE dwar l-immaniġġjar tal-kwalità tal-ilma għall-għawm

Document Actions
Kummenti dwar traduzzjonijiet
Jekk jogħġbok, għinna intejbu l-kwalita' tat-traduzzjonijiet.
Sign up now!
Get notifications on new reports and products. Currently we have 33699 subscribers. Frequency: 3-4 emails / month.
Notifications archive
Follow us
 
 
 
 
 

This page was translated by the Translation Centre for the Bodies of the European Union (CdT)

European Environment Agency (EEA)
Kongens Nytorv 6, 1050, Copenhagen K, Denmark.
Phone: +45 3336 7100