All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesL-isforzi ta’ l-Unjoni Ewropea biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra qegħdin jaħdmu. Infatti, l-UE hija mistennija tissodisfa l-mira unilaterali ta’ tnaqqis tagħha ta’ 20% (meta pparagunat mal-1990) qabel l-iskadenza miftiehma tal-2020. Barra minn hekk, l-UE għandha l-intenzjoni li tnaqqas l-emissjonijiet domestiċi b’mhux inqas minn 40% sal-2030 u tkompli tiddekarbonizza l-ekonomija tagħha sal-2050. L-UE fil-preżent tipproduċi madwar 10% tal-emissjonijiet globali tal-gassijiet serra.
