All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesIl-ħamrija għandha rwol kruċjali fiċ-ċikli tan-natura, inkluż iċ-ċiklu tan-nutrijenti, li jinvolvi l-ammont ta' materjal
organiku tal-ħamrija - jiġifieri l-karbonju, in-nitroġenu u l-fosforu - li jittieħed u jinħażen fil-ħamrija. Il-komposti
organiċi, bħal weraq u ponot tal-għeruq, huma maqsuma għal komposti aktar sempliċi minn organiżmi li jgħixu
fil-ħamrija qabel ma jkunu jistgħu jintużaw mill-pjanti. Xi batterji tal-ħamrija jikkonvertu n-nitroġenu atmosferiku
f’nitroġenu minerali, li huwa essenzjali għat-tkabbir tal-pjanti. Il-fertilizzanti jintroduċu n-nitroġenu u l-fosfati biex
jistimolaw it-tkabbir tal-pjanti iżda mhux l-ammonti kollha jittieħdu mill-pjanti. L-eċċess jista’ jidħol fix-xmajjar u
fil-lagi u jaffettwa l-ħajja f’dawn l-ekosistemi tal-ilma.
