Highlights
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
-
L-Ambjent: ħafna Ewropej għadhom esposti għal sustanzi li jniġġsu l-arja u li huma ta’ ħsara
—
Sep 24, 2012
- Kważi terz tal-abitanti urbani tal-Ewropa huma esposti għal konċentrazzjonijiet eċċessivi ta’ materja partikulata (particulate matter (PM)) fl-arja. Il-materja partikulata hija fost l-aktar sustanzi niġġiesa importanti f’termini ta’ ħsara għas-saħħa, għaliex tippenetra fil-partijiet sensittivi tas-sistema respiratorja. Matul l-aħħar deċennji, l-UE għamlet progress fit-tnaqqis ta' sustanzi li jniġġsu l-arja li jikkawżaw aċidifikazzjoni, iżda rapport ġdid ippubblikat illum mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) juri li ħafna partijiet mill-Ewropa għandhom problemi persistenti ta’ konċentrazzjonijiet ta’ PM u ożonu troposferiku fl-arja ta' barra.
-
Ilma nadif fil-biċċa l-kbira tad-destinazzjonijiet tal-vaganzi fl-UE
—
May 23, 2012
- Għandna aħbar tajba għalik jekk qed tippjana li tmur vaganza f’xi bajja fl-Ewropa dan is-sajf: 92.1 % tal-ilmijiet għall-għawm fl-Unjoni Ewropea issa jilħqu l-istandards minimi tal-kwalità tal-ilma stabbiliti fid-Direttiva dwar l-ilma ghall-ghawm. Dawn jinkludu l-lag imsejjaħ “Serpentine Lake” f’Londra, li se jospita bosta avvenimenti tal-Olimpijadi, inklużi l-Maratona tal-Għawm f’ilmijiet miftuħin u t-taqsima tal-għawm tat-triatlon.
-
L-Ambjent: Il-kwalità tal-ilma għall-għawn tibqa' għolja madwar l-UE
—
Jun 16, 2011
- Il-kwalità tal-ilma għall-għawm madwar l-Ewropa naqset xi ftit bejn l-2009 u l-2010, iżda l-kwalità ġenerali kienet għadha għolja. Aktar minn disa’ siti għall-għawm minn fost 10, issa jilħqu r-rekwiżiti minimi.
-
L-Ambjent: Mapep ġodda jagħtu lill-Ewropej stampa mill-qrib tat-tniġġis tal-arja minn sorsi mxerrda
—
May 26, 2011
- Ir-reġistru tal-Ewropa kollha għandu l-għan li jgħin lill-Ewropej jimpenjaw ruħhom b'mod attiv f'deċiżjonijiet li jaffettwaw l-ambjent. Mapep ġodda onlajn li ġew ippubblikati llum mill-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, b'kooperazzjoni mill-qrib maċ-Ċentru Konġunt Għar-Riċerka, is-servizz xjentifiku intern tal-Kummissjoni, jippermettu għall-ewwel darba liċ-ċittadini biex jidentifikaw is-sorsi mxerrda ewlenin tat-tniġġis tal-arja, bħat-trasport u l-avjazzjoni. Il-ġabra ġdida ta' 32 mappa turi l-postijiet fejn qed jiġu rrilaxxati ċerti sustanzi niġġiesa bħall-ossidi tan-nitroġenu u l-materja partikulata. Din il-ġabra tikkomplementa d-dejta eżistenti dwar l-emissjonijiet minn impjanti industrijali individwali mir-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti (PRTR Ewropew).
Dokument Azzjonijiet
Jaqsmu ma 'oħrajn