Personal tools

Notifiki
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Frekwenza: 3-4 emails / xahar.
Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina
Ikona ta’ Twitter Twitter
Ikona tal-Facebook Facebook
Ikona tal-YouTube Kanal tal-YouTube
Lowgo RSS Feeds tar-RSS
Iktar

Write to us Write to us

For the public:


For media and journalists:

Contact EEA staff
Contact the web team
FAQ

Call us Call us

Reception:

Phone: (+45) 33 36 71 00
Fax: (+45) 33 36 71 99


li jmiss
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għal navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Temi / Skart u riżorsi materjali / Dwar l-iskart u r-riżorsi ta' materjal

Dwar l-iskart u r-riżorsi ta' materjal

L-ekonomija Ewropea hija bbażata fuq livell għoli ta' konsum ta' riżorsi. Dan jinkludi l-materja prima (bħall-metalli, il-minerali jew l-injam għall-kostruzzjoni), l-enerġija u l-art. Il-forzi ewlenin li jżidu l-konsum tar-riżorsi tal-Ewropa huma t-tkabbir ekonomiku, l-iżviluppi teknoloġiċi u l-mudelli ta' konsum u produzzjoni li qed jinbidlu. Madwar terz tar-riżorsi wżati huma mibdula fi skart u emissjonijiet. Madwar erba' tunnellati ta' skart per capita jiġi ġġenerat kull sena fil-pajjiżi membri tal-EEA. Kull ċittadin Ewropew jarmi medja ta' 520 kg ta' skart domestiku fis-sena, u din il-figura mistennija tikber.

Fl-UE-15, l-użu ta' materjali ftit inbidel matul dawn l-aħħar żewġ deċennji, u jibqa' f'madwar 15-16-il tunnellata per capita fis-sena. Madankollu, dan in-numru jvarja minn pajjiż għall-ieħor, minn madwar 12-il tunnellata per capita fl-Italja għal 38 tunnellata per capita fil-Finlandja. Il-materjali ta' kostruzzjoni għandhom l-akbar sehem f'dan, segwiti mill-fjuwils fossili u l-bijomassa. L-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi hija ħafna akbar fl-UE-15 milli fl- Istati Membri l-ġodda tal-UE jew fil-pajjiżi tax-Xlokk tal-Ewropa. Il-projezzjonijiet sal-2020 jindikaw li l-użu tar-riżorsi fl-UE se jkompli jikber.

L-użu tar-riżorsi f'reġjuni oħra fid-dinja qed jikber ukoll. Parzjalment dan hu minħabba ż-żieda fil-konsum tal-oġġetti u s-servizzi fl-Ewropa, li ħafna drabi jkun ibbażat fuq riżorsi estratti minn dawn ir-reġjuni l-oħra.

L-UE għandha l-għan li 'ttejjeb l-effiċjenza tar-riżorsi sabiex tnaqqas l-użu globali ta' riżorsi naturali li ma jiġġeddux u l-impatti ambjentali relatati tal-użu tal-materja prima, b'hekk jintużaw riżorsi naturali li jiġġeddu f'rata li ma taqbiżx il-kapaċità tagħhom ta' riġenerazzjoni'  (L-Istrateġija mġedda tal-UE dwar l-Iżvilupp Sostenibbli , 2006).

Il-konsum għoli ta' riżorsi fl-Ewropa jpoġġi pressjoni fuq l-ambjent kemm fi ħdan l-Ewropa kif ukoll f'reġjuni oħra tad-dinja. Dawn il-pressjonijiet jinkludu l-qerda ta' riżorsi li ma jiġġeddux, l-użu intensiv ta' riżorsi li jiġġeddu, it-trasport, l-emissjonijiet għolja fl-ilma, fl-arja u fil-ħamrija minn attivitajiet fil-barrieri kif ukoll mill-produzzjoni, l-konsum u l-ġenerazzjoni tal-iskart. Ġeneralment hu aċċettat li hemm limiti fiżiċi għat-tkabbir kontinwu tal-użu tar-riżorsi. Id-djar, l-ikel u l-mobilità jammontaw għall-akbar sehem fl-użu ta' riżorsi u fil-pressjonijiet ambjentali.

Ir-rimi ta' skart għandu l-potenzjal li jikkawża numru ta' impatti fuq is-saħħa u l-ambjent, inkluż l-emissjonijiet fl-arja, fl-ilma tal-wiċċ u tal-art, skont kif ikun immaniġġjat. L-iskart jirappreżenta wkoll telf ta' riżorsi naturali (bħall-metalli jew materjal riċiklabbli ieħor li fih, jew il-potenzjal tiegħu bħala sors ta' enerġija). Għalhekk, l-immaniġġjar sewwa tal-iskart jista' jipproteġġi s-saħħa pubblika u l-kwalità tal-ambjent filwaqt li jappoġġja l-konservazzjoni tar-riżorsi naturali.

Il-maġġoranza tal-iskart li ġej mill-Ewropa joriġina mill-kostruzzjoni u t-twaqqigħ ta' bini, fl-imkien mal-attivitajiet ta' manifattura. Ħafna skart muniċipali tal-UE xorta jintbagħat f'landfill (45 %). Madankollu, aktar u aktar skart muniċipali huwa rriċiklat jew magħmul kompost (37 %), jew maħruq bl-enerġija rkuprata (18 %).

 

Geographical coverage

[+] Show Map

Dokument ta’ Azzjonijiet

Kummenti

Sir membru issa!
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Attwalment għandna 33036 abbonati. Frekwenza: 3-4 posta elettronika / xahar.
Arkivju tan-notifiki
Segwina
 
 
 
 
 
Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefown: +45 3336 7100