Personal tools

Notifiki
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Frekwenza: 3-4 emails / xahar.
Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina
Ikona ta’ Twitter Twitter
Ikona tal-Facebook Facebook
Ikona tal-YouTube Kanal tal-YouTube
Lowgo RSS Feeds tar-RSS
Iktar

Write to us Write to us

For the public:


For media and journalists:

Contact EEA staff
Contact the web team
FAQ

Call us Call us

Reception:

Phone: (+45) 33 36 71 00
Fax: (+45) 33 36 71 99


li jmiss
preċedenti
punti

Aqbeż għall-kontenut. | Aqbeż għal navigazzjoni

Sound and independent information
on the environment

You are here: Home / Temi / Il-bidla fil-klima / Dwar il-bidla fil-klima

Dwar il-bidla fil-klima

Il-bidla fil-klima hija waħda mill-akbar theddidiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi. M'hemm ebda dubju dwar it-tisħin tas-sistema klimatika, jgħid il-Pànel Intergovernattiv dwar il-Bidla fil-Klima (IPCC). Osservazzjonijiet juru żidiet fit-temperaturi medji globali tal-arja u tal-oċean, is-silġ qed idub kullimkien, u l-livell medju globali tal-baħar qed jogħla. Huwa ferm probabbli li ħafna mit-tisħin jista' jkun attribwit lill-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra mill-attivitajiet tal-bniedem.

Il-bidla fil-klima tirrappreżenta l-akbar u l-usa' falliment tas-suq li qatt kien hawn.

Sir Nicholas Stern, Kap tas-Servizz Ekonomiku tal-Gvern tar-Renju Unit
, li qabel kien Ekonomist Ewlieni tal-Bank Dinji, 2006

Matul il-150 sena li għaddew, t-temperatura medja żdiedet b'tal-inqas 0.8 ºC globalment u b'madwar 1 ºC fl-Ewropa. Ħdax mill-aħħar tnax-il sena (1995-2006) jikklassifikaw fost 12 mill-aktar snin sħan fir-reġistru strumentali tat-temperatura tal-wiċċ globali (sa mill-1850). Mingħajr azzjoni globali biex jiġu llimitati l-emissjonijiet, l- IPCC tistenna li t-temperaturi globali jistgħu jiżdiedu aktar b'1.8 sa 4.0 ºC sal-2100. Dan ifisser li ż-żieda fit-temperatura sa miż-żminijiet pre-industrijali 'l hawn tkun qabżet 2 °C. Jekk jinqabeż dan il-limitu, ikun aktar probabbli jseħħu bidliet li ma jistgħux jitreġġgħu lura u li huma possibbilment katastrofiċi. (Aktar informazzjoni:)

L- impatti tal-bidla fil-klima diġà qed ikunu osservati u huma pproġettati li jkunu aktar evidenti. Każijiet ta' temp estrem, inklużi mewġiet ta' sħana, nixfa u għargħar, huma mistennija li jsiru aktar frekwenti u intensi. Fl-Ewropa l-akbar żidiet fit-temperatura huma fin-nofsinhar tal-Ewropa u fir-reġjun Artiku. Ix-xita qed tonqos fin-nofsinhar tal-Ewropa u tiżdied fit-tramuntana/il-majjistral. Dan iwassal għal impatti fuq l-ekosistemi naturali, is-saħħa tal-bniedem u r-riżorsi tal-ilma. Setturi ekonomiċi, bħall-forestrija, l-agrikultura, it-turiżmu u l-bini se jġarrbu konsegwenzi pjuttost negattivi. Is-settur agrikolu fit-tramuntana tal-Ewropa jista' jibbenefika minn żieda limitata fit-temperatura.

Sabiex titwaqqaf il-bidla fil-klima, l-emissjonijiet globali tal-gassijiet b'effett ta' serra jridu jitnaqqsu b'mod sinifikanti, u jinħolqu linji politiċi sabiex isir dan.

Is-sorsi ewlenin tal-gassijiet b'effett ta' serra magħmula mill-bniedem huma:

  • il-ħruq ta' karburanti fossili fil-ġenerazzjoni tal-elettriku, it-trasport, l-industrija u d-djar;
  • l-agrikoltura u t-tibdil fl-użu tal-art bħad-deforestazzjoni;
  • ir-rimi tal-iskart f'landfills; u
  • l-użu ta' gassijiet industrijali fluworinati.

 

Anke jekk il-politiki u l-isforzi sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet huma effettivi, xi bidla fil-klima hi inevitabbli. Għalhekk irridu wkoll niżviluppaw strateġiji u azzjonijiet biex nadattaw għall-impatti tal-bidla fil-klima fl-Ewropa u b'mod speċjali lil hinn minnha, billi l-pajjiżi l-anqas żviluppati huma l-aktar vulnerabbli, peress li għandhom l-inqas kapaċità finanzjarja u teknika sabiex jadattaw.

Geographical coverage

[+] Show Map

Dokument ta’ Azzjonijiet

Kummenti

Sir membru issa!
Irċievi notifiki dwar rapporti u prodotti ġodda. Attwalment għandna 32969 abbonati. Frekwenza: 3-4 posta elettronika / xahar.
Arkivju tan-notifiki
Segwina
 
 
 
 
 
Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefown: +45 3336 7100