Tniġġis tal-arja
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
It-tniġġis tal-arja huwa ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Fl-Ewropa, l-emissjonijiet ta’ ħafna sustanzi li jniġġsu l-arja naqsu sostanzjalment tul id-deċenni li għaddew, u rriżultaw fi kwalità tal-arja aħjar tul ir-reġjun. Madankollu, l-konċentrazzjonijiet ta’ tniġġis fl-arja għadhom għoljin wisq, u l-problemi fil-kwalità tal-arja jippersistu. Proporzjon sinifikanti tal-popolazzjoni fl-Ewropa jgħix f’żoni, speċjalment f’ibliet, fejn hemm skorrimenti ta’ standards fil-kwalità tal-arja. More
It-trasport fl-Ewropa huwa responsabbli mil-livelli dannużi ta’ pollutanti fl-arja u kwart tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-UE. Ħafna mill-problemi ambjentali li jirriżultaw jistgħu jiġu indirizzati billi jiġu intensifikati l-isforzi biex jintlaħqu miri ġodda tal-UE, skont l-aħħar rapport mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA).
L-Ambjent: ħafna Ewropej għadhom esposti għal sustanzi li jniġġsu l-arja u li huma ta’ ħsara
Sep 24, 2012Kważi terz tal-abitanti urbani tal-Ewropa huma esposti għal konċentrazzjonijiet eċċessivi ta’ materja partikulata (particulate matter (PM)) fl-arja. Il-materja partikulata hija fost l-aktar sustanzi niġġiesa importanti f’termini ta’ ħsara għas-saħħa, għaliex tippenetra fil-partijiet sensittivi tas-sistema respiratorja. Matul l-aħħar deċennji, l-UE għamlet progress fit-tnaqqis ta' sustanzi li jniġġsu l-arja li jikkawżaw aċidifikazzjoni, iżda rapport ġdid ippubblikat illum mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) juri li ħafna partijiet mill-Ewropa għandhom problemi persistenti ta’ konċentrazzjonijiet ta’ PM u ożonu troposferiku fl-arja ta' barra.
L-Ambjent: Mapep ġodda jagħtu lill-Ewropej stampa mill-qrib tat-tniġġis tal-arja minn sorsi mxerrda
May 26, 2011Ir-reġistru tal-Ewropa kollha għandu l-għan li jgħin lill-Ewropej jimpenjaw ruħhom b'mod attiv f'deċiżjonijiet li jaffettwaw l-ambjent. Mapep ġodda onlajn li ġew ippubblikati llum mill-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, b'kooperazzjoni mill-qrib maċ-Ċentru Konġunt Għar-Riċerka, is-servizz xjentifiku intern tal-Kummissjoni, jippermettu għall-ewwel darba liċ-ċittadini biex jidentifikaw is-sorsi mxerrda ewlenin tat-tniġġis tal-arja, bħat-trasport u l-avjazzjoni. Il-ġabra ġdida ta' 32 mappa turi l-postijiet fejn qed jiġu rrilaxxati ċerti sustanzi niġġiesa bħall-ossidi tan-nitroġenu u l-materja partikulata. Din il-ġabra tikkomplementa d-dejta eżistenti dwar l-emissjonijiet minn impjanti industrijali individwali mir-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti (PRTR Ewropew).