All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
|
Studji li jħarsu 'l quddiem bħax- xenarji u l-prospetti, ġew kondotti b'mod wiesa' f'organizzazzjonijiet internazzjonali, gvernijiet, kumpaniji u organizzazzjonijiet non-governattivi matul dawn l-aħħar ftit deċennji.
Ix-xenarji dwar l-emissjoni fit-tul tal-Panel Intergovernattiv dwar il-Bidla fil-Klima (IPCC) huma magħrufa sew. Dawn kienu użati ħafna għall-analiżi tal-bidla fil-klima, l-impatti tagħha u l-opzjonijiet għal mitigazzjoni, u biex jappoġġjaw in-negozjati internazzjonali dwar l-istabbiliment ta' miri fit-tul.
Eżempju prominenti ieħor huwa l- Valutazzjoni tal-Ekosistema tal-Millennju, li żviluppat xenarji biex jiġu analizzati r-riżultati għas-servizzi tal-ekosistema globali f'sitwazzjonijiet futuri differenti. Il- Programm tal-Ġnus Magħquda dwar l-Ambjent (UNEP) juża x-xenarji tiegħu dwar il-Prospetti tal-Ambjent Globali sabiex jifforma l-analiżi fit-tul tiegħu. Organizzazzjonijiet internazzjonali ewlenin bħall- Bank Dinji, l- Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) ta' spiss jippubblikaw ukoll projezzjonijiet u analiżi fit-tul.
M'hemm l-ebda riċetta standard biex wieħed janalizza l-futur. Din tista' ssir f'mod purament kwantitattiv, billi jittieħdu dejta u mudelli (matematiċi) sabiex jiġu pproġettati x-xejriet futuri u jiġu analizzati l-inċertezzi tagħhom (imsejħa wkoll analiżi prospettiva); din tista' tgħaqqad l-analiżi kwantitattiva mal-analiżi kwalitattiva fil-forma ta' narrattivi, diagrammi u ritratti; jew tista' sserraħ fuq analiżi kwalitattiva biss.
Li naħsbu fuq il-futur jeħtieġ li naħsbu dwar l-alternattivi. Il-futur mimli inċertezza, u jistgħu jiġru ħafna affarijiet. Ix-xenarji huma għodod b'saħħithom f'dan ir-rigward billi dawn jistgħu jgħinu biex wieħed jaħseb 'b'mod kreattiv'. Ix-xenarji mhumiex tbassir u l-anqas previżjonijiet. Dawn huma deskrizzjonijiet plawżibbli ta' kif jista' jiżvolġi l-futur għall-organizzazzjonijiet, il-kwistjonijiet, in-nazzjonijiet u d-dinja tagħna, ibbażati fuq propożizzjonijiet 'jekk-imbagħad'. Xenarju ambjentali tipiku jinkludi rappreżentazzjoni tas-sitwazzjoni inizzjali u rakkont li jiddeskrivi l-forzi ewlenin u l-bidiet li jipprovdu stampa tal-futur.
Per eżempju, x-xenarji PRELUDE tal-EEA jgħinuna nerġgħu nikkunsidraw l-approċċi preżenti lejn il-protezzjoni tal-biodiversità u tal-pajżaġġ. Dawn jenfasizzaw numru ta' fatturi li jistgħu jipperikolaw l-effikaċja u l-effiċjenza f'uq medda ta' żmien medju sa twil, bħall-bidliet demografiċi u l-bidla fil-klima.
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/themes/scenarios/about-scenarios-and-forward-studies or scan the QR code.
PDF generated on 26 Apr 2024, 10:41 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn