li jmiss
preċedenti
punti

Dwar ix-xenarji u l-istudji għall-quddiem

Page Mibdul l-aħħar 24 Feb 2017
This page was archived on 24 Feb 2017 with reason: Other (No more updates will be done. Content about the environmental scenarios can now be found under the topic "Sustainability transitions")
Problemi bħall-bidla fil-klima, it-telf ta' biodiversità u l-użu tar-riżorsi naturali għandhom implikazzjonijiet fit-tul li jirrikjedu soluzzjonijiet politiċi fit-tul. Sabiex nagħmlu deċiżjonijiet strateġiċi informati, rridu nippruvaw nantiċipaw l-isfidi li ġejjin u li nifhmu l-iżviluppi li jinsabu għaddejjin, dawk emerġenti u dawk li ma jidhrux. Jekk irridu nindirizzaw b'mod serju s-sostenibilità tal-Ewropa, irridu nħarsu lil hinn minn żewġ ċikli leġiżlattivi u aktar. Madankollu, biex inħarsu 'l bogħod irridu moħħ miftuħ: l-isfidi ewlenin li qed tiffaċċja l-Ewropa, biż-żmien jistgħu jinbidlu sinifikanti. Ix-xenarji ambjentali, il-prospetti u tipi oħra ta' studji li jħarsu 'l quddiem jgħinuna nindirizzaw id-diskontinwità u l-inċertezzi tal-iżviluppi futuri u biex niddisinnjaw politiki robusti li jistgħu jifilħu l-prova taż-żmien.

 

Studji li jħarsu 'l quddiem bħax- xenarji u l-prospetti, ġew kondotti b'mod wiesa' f'organizzazzjonijiet internazzjonali, gvernijiet, kumpaniji u organizzazzjonijiet non-governattivi matul dawn l-aħħar ftit deċennji.

Ix-xenarji dwar l-emissjoni fit-tul tal-Panel Intergovernattiv dwar il-Bidla fil-Klima (IPCC) huma magħrufa sew. Dawn kienu użati ħafna għall-analiżi tal-bidla fil-klima, l-impatti tagħha u l-opzjonijiet għal mitigazzjoni, u biex jappoġġjaw in-negozjati internazzjonali dwar l-istabbiliment ta' miri fit-tul.

Eżempju prominenti ieħor huwa l- Valutazzjoni tal-Ekosistema tal-Millennju, li żviluppat xenarji biex jiġu analizzati r-riżultati għas-servizzi tal-ekosistema globali f'sitwazzjonijiet futuri differenti. Il- Programm tal-Ġnus Magħquda dwar l-Ambjent (UNEP) juża x-xenarji tiegħu dwar il-Prospetti tal-Ambjent Globali sabiex jifforma l-analiżi fit-tul tiegħu. Organizzazzjonijiet internazzjonali ewlenin bħall-  Bank Dinji, l- Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) ta' spiss jippubblikaw ukoll projezzjonijiet u analiżi fit-tul.

M'hemm l-ebda riċetta standard biex wieħed janalizza l-futur. Din tista' ssir f'mod purament kwantitattiv, billi jittieħdu dejta u mudelli (matematiċi) sabiex jiġu pproġettati x-xejriet futuri u jiġu analizzati l-inċertezzi tagħhom (imsejħa wkoll analiżi prospettiva); din tista' tgħaqqad l-analiżi kwantitattiva mal-analiżi kwalitattiva fil-forma ta' narrattivi, diagrammi u ritratti; jew tista' sserraħ fuq analiżi kwalitattiva biss.

Li naħsbu fuq il-futur jeħtieġ li naħsbu dwar l-alternattivi. Il-futur mimli inċertezza, u jistgħu jiġru ħafna affarijiet. Ix-xenarji huma għodod b'saħħithom f'dan ir-rigward billi dawn jistgħu jgħinu biex wieħed jaħseb 'b'mod kreattiv'. Ix-xenarji mhumiex tbassir u l-anqas previżjonijiet. Dawn huma deskrizzjonijiet plawżibbli ta' kif jista' jiżvolġi l-futur għall-organizzazzjonijiet, il-kwistjonijiet, in-nazzjonijiet u d-dinja tagħna, ibbażati fuq propożizzjonijiet 'jekk-imbagħad'. Xenarju ambjentali tipiku jinkludi rappreżentazzjoni tas-sitwazzjoni inizzjali u rakkont li jiddeskrivi l-forzi ewlenin u l-bidiet li jipprovdu stampa tal-futur.

Per eżempju, x-xenarji PRELUDE tal-EEA jgħinuna nerġgħu nikkunsidraw l-approċċi preżenti lejn il-protezzjoni tal-biodiversità u tal-pajżaġġ. Dawn jenfasizzaw numru ta' fatturi li jistgħu jipperikolaw l-effikaċja u l-effiċjenza f'uq medda ta' żmien medju sa twil, bħall-bidliet demografiċi u l-bidla fil-klima.

 

Permalinks

Dokument ta’ Azzjonijiet