Ħarsa lejn il-prodotti
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
F'din it-taqsima issib ir-rapporti kollha mfassla mill-EEA. Din tinkludi rapporti dwar il-kundizzjoni tal-ambjent, rapporti tematiċi u tekniċi, aġġornamenti u dokumenti korporattivi.
L-indikaturi jkejlu l-iżviluppi f'i kwistjonijiet magħżula, inkluż il-progress lejn għanijiet miftiehma. L-EEA tippubblika l-indikaturi fuq bażi regolari, kemm fir-rapport annwali "Sinjali Ambjentali" u f'rapporti bbażati fuq l-indikaturi li jkopru setturi u temi speċifiċi. L-indikaturi jistgħu jkunu aċċessati individwalment fit-taqsima tal-indikaturi u permezz ta' temi ambjentali.
F'din it-taqsima għandek issib għodod interattivi li jippermettulek teżamina d-dejta ambjentali u li tesplora l-mapep tal-Ewropa.
Is-servizz tal-mapep u l-graffs fih il-biċċa l-kbira tar-riżultati analitiċi ppubblikati magħmula minn u għall-EEA. Riżultati analitiċi ppublikati f'folji ta' fatti u rapporti tal-indikaturi huma dejjem rappreżentati b'mappa jew bi graff u/jew b'tabella. Dawn il-produzzjonijiet jirrikjedu xogħol u sforzi minn ħafna esperti. L-EEA trid tagħmel dawn il-proċessi trasparenti u tathom post ċentrali fuq is-sit elettroniku tagħha.
It-taqsima tad-dejta tipprovdi aċċess għal-ġabriet ta' dejta użati fir-rapporti perjodiċi tal-EEA. Il-ġabriet ta' dejta fihom dejta aggregata, tipikament fuq il-livell tal-pajjiżi, b'kopertura ġeografika mill-inqas tal-15-il Stat Membru tal-UE. Graffs u, fil-futur, mapep jistgħu jkunu ġġenerati mill-ġabriet ta' dejta. Informazzjoni dwar is-sors ta' kull ġabra ta' dejta u l-kopertura ġejografika u temporali tagħha hija pprovduta.
L-ETDS fiha madwar 10 000 terminu bl-Ingliż bid-definizzjonijiet u s-sorsi tad-definizzjonijiet, akronimi, sinonimi u faċilità ta' "live search" biex tiskopri links għall-pubblikazzjonijiet, dejta u multimedja ppublikati mill-EEA. Ħafna mit-termini huma wkoll tradotti f'24 lingwa.
Dokument Azzjonijiet
Jaqsmu ma 'oħrajn