European Environment Agency
What's new
Għandna aħbar tajba għalik jekk qed tippjana li tmur vaganza f’xi bajja fl-Ewropa dan is-sajf: 92.1 % tal-ilmijiet għall-għawm fl-Unjoni Ewropea issa jilħqu l-istandards minimi tal-kwalità tal-ilma stabbiliti fid-Direttiva dwar l-ilma ghall-ghawm. Dawn jinkludu l-lag imsejjaħ “Serpentine Lake” f’Londra, li se jospita bosta avvenimenti tal-Olimpijadi, inklużi l-Maratona tal-Għawm f’ilmijiet miftuħin u t-taqsima tal-għawm tat-triatlon.
Illum sejrin jiltaqgħu l-Ministri f’Astana, il-Kazakastan, sabiex jiddiskutu kwistjonijiet dwar l-ilma u t-tħaddir tal-ekonomija waqt is-seba’ Konferenza Ministerjali msejħa ‘L-Ambjent għall-Ewropa’, li sejra ssir bejn il-21 u t-23 ta’ Settembru 2011. Bil-għan li tappoġġa l-Konferenza, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) qiegħda tniedi rapport innovattiv ta’ Valutazzjoni tal-Valutazzjonijiet, li jirrakkomanda modi kif l-informazzjoni ambjentali u t-tfassil tal-politika jistgħu jkunu allinjati aktar mill-qrib.
Il-kwalità tal-ilma għall-għawm madwar l-Ewropa naqset xi ftit bejn l-2009 u l-2010, iżda l-kwalità ġenerali kienet għadha għolja. Aktar minn disa’ siti għall-għawm minn fost 10, issa jilħqu r-rekwiżiti minimi.
L-Ambjent: Mapep ġodda jagħtu lill-Ewropej stampa mill-qrib tat-tniġġis tal-arja minn sorsi mxerrda
May 26, 2011Ir-reġistru tal-Ewropa kollha għandu l-għan li jgħin lill-Ewropej jimpenjaw ruħhom b'mod attiv f'deċiżjonijiet li jaffettwaw l-ambjent. Mapep ġodda onlajn li ġew ippubblikati llum mill-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, b'kooperazzjoni mill-qrib maċ-Ċentru Konġunt Għar-Riċerka, is-servizz xjentifiku intern tal-Kummissjoni, jippermettu għall-ewwel darba liċ-ċittadini biex jidentifikaw is-sorsi mxerrda ewlenin tat-tniġġis tal-arja, bħat-trasport u l-avjazzjoni. Il-ġabra ġdida ta' 32 mappa turi l-postijiet fejn qed jiġu rrilaxxati ċerti sustanzi niġġiesa bħall-ossidi tan-nitroġenu u l-materja partikulata. Din il-ġabra tikkomplementa d-dejta eżistenti dwar l-emissjonijiet minn impjanti industrijali individwali mir-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti (PRTR Ewropew).
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) illum ħarġet ir-raba’ rapport tagħha dwar l-Istat tal-Ambjent u Ħarsa Ġenerali lejn l-Ambjent — SOER2010 — valutazzjoni komprensiva dwar kif u għaliex l-ambjent Ewropew qed jinbidel, u x’qed nagħmlu dwar dan. L-SOER 2010 jikkonkludi li approċċ integrat b’mod sħiħ biex l-Ewropa tiġi trasformata f’ekonomija ħadra b’riżorsi effiċjenti jista’ mhux biss jirriżulta f’ambjent tajjeb għas-saħħa, iżda jista’ jsaħħaħ ukoll il-prosperità u l-koeżjoni soċjali.
Il-kwalità tal-ilma għall-għawm fl-UE tibqa' għolja
Jun 10, 2010L-indafa tal-ilmijiet għall-għawm hija vitali għas-setturi ekonomiċi bħat-turiżmu u għall-ħajja tal-pjanti u l-annimali. Ir-rapport annwali dwar l-ilma għall-għawm ippreżentat mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent juri li fl-2009, 96% taż-żoni kostali tal-għawm u 90% tas-siti għall-għawm fi xmajjar u lagi kienu konformi mal-istandards minimi. Dan ir-rapport jiddeskrivi wkoll fejn jista' jinkiseb tagħrif dettaljat u aġġornat dwar siti għall-għawm.
Featured article
Sfidi kumplessi f’dinja interkonnessa
Waħda mill-konklużjonijiet prinċipali fir-rapport ewlieni tal-EEA, SOER 2010, tidher pjuttost ovvja: ‘l-isfidi ambjentali huma kumplessi u ma jistgħux jinftiehmu b’mod iżolat’.
