Artikoli
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Minbarra li tipprovdi informazzjoni affidabbli dwar l-ambjent u l-klima tagħna, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) qed taħdem biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha stess bħala organizzazzjoni. Intervistajna lil Melanie Sporer, li tikkoordina dawn l-isforzi fl-EEA, permezz tal-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) tal-UE.
Minn kurituri ta’ politika għal pjattaformi akkademiċi, id-dinja qed titkellem dwar kriżijiet globali: kriżi tas-saħħa, kriżi ekonomika u finanzjarja, kriżi klimatika u kriżi tan-natura. Fl-aħħar mill-aħħar, dawn huma kollha s-sintomi tal-istess problema: il-produzzjoni u l-konsum mhux sostenibbli tagħna. L-impatt tal-COVID-19 żvela biss il-fraġilità sistemika tal-ekonomija u tas-soċjetà globali tagħna bl-inugwaljanzi kollha tagħhom.
Nafu li t-tniġġis tal-plastik u l-iskart tal-plastik huma problema ambjentali kbira. F’dawn l-aħħar snin, ġew introdotti fis-suq prodotti ġodda tal-plastik li jiddikjaraw li huma aħjar għall-ambjent. Briefing tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) li ġie ppubblikat riċentament jivvaluta l-kredenzjali ambjentali tagħhom. Biex insiru nafu aktar, poġġejna bilqiegħda ma’ Almut Reichel, espert dwar l-użu sostenibbli tar-riżorsi u l-iskart fl-EEA.
L-iskart tal-plastik jibqa’ problema enormi li qiegħda dejjem tikber . X’inhi tagħmel l-Unjoni Ewropea biex tindirizza din il-problema? Ioannis Bakas, l-espert tal-EEA dwar il-prevenzjoni tal-iskart, jagħti ħarsa ġenerali qasira lejn ir-rapport tal-EEA dwar il-prevenzjoni tal-iskart tal-plastik fl-Ewropa, li ġie ppubblikat aktar kmieni dan ix-xahar.
Għall-maġġoranza tan-nies, l-idea ta' ekonomija ċirkolari tibqa' kunċett astratt jekk mhux wieħed imbiegħed. Waqt li "going green" (insiru ekoloġiċi), hija tema popolari li qiegħda tikber madwar id-dinja, ħafna nies għadhom mhumiex konxji tal-bidliet akbar li ser ikollhom isiru sabiex jiġi żgurat futur sostenibbli, u jiġi aċċertat il-benesseri tagħna fuq perjodu ta' żmien twil.
Lil hinn minn Pariġi: l-implimentazzjoni ta' ekonomija b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju
14 Nov 2016F'Diċembru li għadda f'Pariġi, id-dinja stabbilixxiet għaliha nfisha mira ambizzjuża: li tillimita ż-żieda fit-temperatura medja globali ferm inqas minn 2 gradi, filwaqt li timmira li tillimita ż-żieda għal 1.5 gradi ogħla mil-livelli pre-industrijali. Fis-summit tal-G20 aktar kmieni dan ix-xahar, iċ-Ċina u l-Istati Uniti ħabbru l-impenn formali tagħhom li jidħlu fil-ftehim ta' Pariġi. Dan huwa pass kbir 'il quddiem għall-isforz internazzjonali biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u jiġi limitat it-tisħin globali. Madankollu, l-impenji attwali ta' tnaqqis magħmulin s'issa minn pajjiżi firmatarji mhumiex biżżejjed biex jilħqu din il-mira ambizzjuża.
Enerġija rinnovabbli: iċ-ċavetta għall-futur b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju fl-Ewropa
11 Aug 2016Il-futur jidher pożittiv għal sorsi ta' enerġija rinnovabbli li dejjem iżjed qed ikollhom rwol importanti hekk kif l-Ewropa tipprova tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq il-karburanti fossili. Tkellimna dwar l-opportunitajiet u l-isfidi quddiemna għall-enerġija nadifa ma’ Mihai Tomescu, espert dwar l-enerġija fl-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.
L-użu tar-riżorsi attwali mhuwiex sostenibbli u qiegħed jitfa’ pressjoni fuq il-pjaneta tagħna. Għandna bżonn niffaċilitaw tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika ċirkulari billi nimxu lil hinn mill-politiki ta’ l-iskart u niffukaw fuq l-ekodisinn, l-innovazzjoni u l-investimenti. Ir-riċerka tista’ trawwem mhux biss innovazzjoni fil-produzzjoni, iżda mudelli ta’ negozju u mekkaniżmi ta’ finanzjament ukoll.
Lejn sostenibbiltà globali
17 Dec 2015F'Awwissu ta' din is-sena, iktar minn 190 pajjiż laħqu kunsens dwar l-Aġenda għall-Iżvilupp Sostenibbli għall-2030 tan-Nazzjonijiet Uniti. U iktar tard dan ix-xahar, il-Kapijiet ta' Stat sejrin jadottaw din l-Aġenda flimkien ma'l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u l-miri tagħha fi New York. B'differenza mill-predeċessuri tagħhom, l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) huma kemm għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw kif ukoll għall-pajjiżi żviluppati u jiffokaw fuq firxa usa ta' suġġetti dwar l-iżvilupp sostenibbli. Ħafna mis-17 il-SDG jinkludu elementi relatati ma' l-ambjent, ma' l-użu ta' riżorsi jew mat-tibdil fil-klima.
Ilma għall-agrikoltura
13 Dec 2012L-ikel huwa bżonn u jeħtieġ li jkollna ilma ħelu, nadif, biex nipproduċu l-ikel tagħna. Bid-domanda dejjem tiżdied mill-attivitajiet tal-bniedem fuq naħa, u t-tibdil fil-klima fuq in-naħa l-oħra, ħafna reġjuni speċjalment fin-nofsinhar isibuha diffiċli biex isibu biżżejjed ilma ħelu għall-ħtiġijiet tagħhom. Kif nistgħu inkomplu nkabbru l-ikel mingħajr ma nħallu n-natura bil-għatx għall-ilma ħelu, nadif? Użu aktar effiċjenti tal-ilma fl-agrikoltura jkun ċertament ta’ għajnuna.
Ħela ta’ ikel
28 Jun 2012Madwar terz tal-ikel prodott madwar id-dinja jintilef jew jinħela. Meta aktar minn biljun ruħ fid-dinja jmorru jorqdu bil-ġuħ, huwa impossibbli li wieħed ma jistaqsix x’jista’ jsir. Iżda l-ħela tal-ikel mhijiex biss opportunità mitlufa biex jintemgħu dawk bil-ġuħ. Tirrappreżenta anki telf sostanzjali ta’ riżorsi oħra bħall-art, l-ilma, l-enerġija — u x-xogħol.
Kif tagħmel ‘sens kummerċjali’?
28 Jun 2012Minn impriżi żgħar sa multinazzjonali, diversi kumpaniji qed ifittxu modi kif iżommu jew iżidu s-sehem tagħhom mis-suq. Fi żminijiet ta’ kompetizzjoni globali ħarxa, il-kisba tas-sostenibbiltà tissuġġerixxi ħafna aktar milli l-immaġni korporattiva ‘ssir aktar ekoloġika’ u t-tnaqqis tal-ispejjeż tal-produzzjoni. Tista’ tfisser linji ġodda ta’ negozju.
Perspettiva Ewropea dwar is-sostenibbiltà
28 Jun 2012Permezz ta’ serje ta’ miżuri leġiżlattivi, dawk li jfasslu l-politiki fl-UE għandhom l-għan li jrendu lill-Ewropa aktar ‘effiċjenti fl-użu ta’ riżorsi’. Iżda l-Ewropa kif se ssib bilanċ bejn l-ekonomija u n-natura? Fil-kuntest tal-konferenza Rio+20, xi tfisser is-sostenibbiltà għall-UE u l-pajjiżi fil-fażi ta’ żvilupp? Din hija perspettiva minnhom.
L-iskart fil-Groenlandja
28 Jun 2012Minn ibliet densament popolati sa villaġġi remoti, kull fejn ngħixu niġġeneraw l-iskart. Ikel żejjed, skart elettroniku, batteriji, karti, fliexken tal-plastik, ħwejjeġ, għamara antika — dawn kollha jridu jintremew. Uħud jispiċċaw jintużaw mill-ġdid jew jiġu rriċiklati; oħrajn jinħarqu għall-enerġija jew jintbagħtu f’miżbliet. Ma hemmx mod wieħed kif jiġi ġestit l-iskart, li jkun japplika għall-iskart kollu kullimkien. Il-mod kif nagħmlu dan irid jieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi lokali. Wara kollox, l-iskart jibda bħala problema lokali. Minħabba l-popolazzjoni sparsa, id-distanzi twal bejn il-villaġġi u n-nuqqas ta’ infrastrutturi tagħha, il-gvern tal-Groenlandja jindirizza l-problema tal-iskart tal-pajjiż bil-mod li ġej.
Minn minjiera għal skart, u lil hinn
28 Jun 2012Kważi kulma nikkonsmaw u nipproduċu jħalli impatt fuq l-ambjent tagħna. Meta niffaċċjaw għażliet ta’ kuljum biex nixtru ċerti prodotti jew servizzi, rari naħsbu dwar l-‘impronta’ li dawn iħallu fuq l-ambjent. Il-prezzijiet fuq l-ixkaffa tagħhom ftit li xejn jirriflettu l-ispejjeż veri tagħhom. Iżda hemm ħafna affarijiet li nistgħu nagħmlu biex il-konsum u l-produzzjoni tagħna jsiru aktar ekoloġiċi.
Kif iġġib il-prezz ‘ġust’?
28 Jun 2012Ħafna ekonomiji ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw huma ffokati fuq l-isfruttar tar-riżorsi naturali biex joħorġu lill-popolazzjonijiet tagħhom mill-faqar, filwaqt li potenzjalment jagħmlu ħsara lis-sistemi naturali li jiddependu fuqhom. Is-soluzzjonijiet f’perjodu qasir spiss jgħarrqu l-benessri tal-popolazzjoni fit-tul. Il-gvernijiet jistgħu jgħinu s-swieq biex jistabbilixxu l-prezz ‘ġust’ għas-servizzi tan-natura u jinfluwenzaw l-għażliet ekonomiċi? Din li ġejja hija ħarsa mill-qrib lejn xi jfisser l-użu tal-ilma fil-produzzjoni tal-qoton għal Burkina Faso.
L-għajxien f’soċjetà tal-konsum
28 Jun 2012Deċennji ta’ tkabbir relattivament kostanti fl-Ewropa biddlu l-mod ta’ kif ngħixu. Nipproduċu u nikkunsmaw aktar prodotti u servizzi. Nivvjaġġaw u ngħixu aktar. Iżda l-impatti ambjentali tal-attivitajiet ekonomiċi tagħna ġewwa d-dar u barra pajjiżna saru akbar u aktar viżibbli. Il-leġiżlazzjoni ambjentali, meta tiġi implimentata sew, tikseb riżultati effettivi. Wara li jiġi osservat x’inbidel fl-aħħar għoxrin sena, madankollu, nistgħu ngħidu li qed nagħmlu dak kollu li nistgħu?
Inħaddru l-ekonomija tagħna
28 Jun 2012Ħafna nies se jiftakru l-2011 bħala s-sena li fiha raw taqlib finanzjaru, id-diżastru tat-terremot-tsunami-nukleari fil-Ġappun, l-għoti ta’ garanziji finanzjarji lil xi pajjiżi fl-Ewropa, kif ukoll il-protesti tal-massa marbutin mar-Rebbiegħa Għarbija, il-moviment Occupy Wall Street u l-Indignados Spanjoli. Ftit biss se jiftakru li kienet anki s-sena li matulha x-xjenzati skoprew aktar minn 18 000 speċi ġdida li jgħixu fuq il-pjaneta tagħna. U hemm saħansitra inqas nies kapaċi jsemmu speċi waħda li ġiet iddikjarata estinta.
Konsum b’mod insostenibbli
29 Jul 2011Messaġġ ewlieni: Raġuni ewlenija għaliex il-konsum jaffettwa lill‑ambjent b’mod negattiv u jikkawża użu eċċessiv tar-riżorsi hija minħabba li l-ispejjeż għas-soċjetà tad‑degradazzjoni ambjentali u tar‑riżorsi, mhumiex riflessi b’mod sħiħ fil-prezzijiet tal‑prodotti u s-servizzi. Ħafna prodotti huma rħas minkejja li qegħdin jagħmlu ħsara lill-ambjent, lill-ekosistemi jew lis-saħħa tal-bniedem. (SOER 2010)
Naqsmu r-rikkezzi tan-natura
29 Jul 2011Minn fost it-8.2 biljun tunnellata ta’ materjali kkonsmati fis-27 pajjiż tal-UE fl-2007, il-minerali kienu jammontaw għal 52 %, il-fjuwils fossili għal 23 %, il-bijomassa għal 21 % u l-metalli għal 4 %. (SOER 2010)
Permalinks
- Permalink to this version
- 887aa077071038462f8c7a80fc6fba66
- Permalink to latest version
- VYW8EK3ISU
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/themes/waste/articles/articles_topic or scan the QR code.
PDF generated on 07 Feb 2023, 04:33 PM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn