All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
Huwa simplistiku wisq li tqabbel il-popolazzjoni li qed tikber mal-ħsara ambjentali. Ir-realtà hija ftit aktar kumplessa, kif se juri l-materjal f'din it-taqsima.
Li hu ċar hu li l-livell ta' tkabbir li jidher fl-ekonomija u l-popolazzjoni tal-lum iżid il-problemi ambjentali tagħna, billi la l-ekonomija u l-anqas id-daqs tal-popolazzjoni ma ġew 'mifruda' mill-ħsara ambjentali.
Madankollu, dan mhuwiex inevitabbli. Kieku t-tkabbir fil-popolazzjoni kien akkumpanjat, per eżempju, minn tendenza ta' numri iżgħar ta' djar b'aktar nies jgħixu fihom, il-pressjonijiet ambjentali mis-settur 'tad-djar' jistgħu jonqsu sew. Sfotunatament, ix-xejriet demografiċi tal-Ewropa bħalissa jippuntaw fid-direzzjoni opposta: in-numru ta' djar qiegħed attwalment jiżdied b'mod aktar mgħaġġel mill-popolazzjoni globali, fejn il-familji jiċkienu u n-numru ta' djar b'persuna waħda jiżdiedu.
Bl-istess mod, it-tkabbir fil-produzzjoni f'ħafna setturi għadu marbut sew maż-żieda fil-konsum tal-enerġija u r-riżorsi u ma' aktar tniġġis. Madankollu, hemm ħafna eżempji ta' 'firda' bejn l-ekonomija u l-ambjent, u ta' mudelli ta' konsum li qed jinbidlu. Ir-rapporti f'din it-taqsima jiddokumentaw dawn ix-xejriet.
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/themes/population/intro or scan the QR code.
PDF generated on 25 Apr 2024, 07:36 PM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn