li jmiss
preċedenti
punti

Ir-riżorsi naturali tad-dinja huma vitali għall-għajxien u l-iżvilupp tal-popolazzjoni umana. Uħud minn dawn ir-riżorsi, bħall-minerali, l-ispeċi, u l-abitati, huma limitati - la darba dawn jiġu eżawriti jew meqruda, dawn jispiċċaw għal dejjem. Oħrajn, bħall-arja, l-ilma, u l-injam, jiġġeddu - għalkemm ġeneralment aħna nserrħu fuq is-sistemi naturali tad-Dinja sabiex jerġgħu jkabbruhomlna, iġedduhom u jippurifikawhom għalina. Għalkemm ħafna effetti tal-isfruttar żejjed jinħassu lokalment, l-interdipendenza dejjem akbar bejn in-nazzjonijiet u n-negozju internazzjonali tar-riżorsi naturali jagħmlu l-immaniġġjar tagħhom kwistjoni globali.

Din it-taqsima tħares lejn dawn ir-riżorsi, teżamina jekk hux qed nittrattawhom b'mod sostenibbli, u tistudja kif teknoloġiji u approċċi ġodda jistgħu jgħinuna biex nużawhom aħjar.

Permalinks

Dokument ta’ Azzjonijiet