Kuntest politiku dwar l-enerġija

Biddel il-lingwa
Page Mibdul l-aħħar 22 Apr 2016
Ġrajjiet politiċi fl-aħħar snin wasslu għal ċaqlieq fl-attenzjoni politika lejn is-sostenibilità ambjentali, il-kompetittività u l-provvista tal-enerġija. Id-dibattitu li għaddej dwar is-sorsi tal-enerġija li tiġġedded, it-teknoloġiji l-ġodda, l-effiċjenza fl-enerġija, l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra u t-tibdil fil-klima poġġew ukoll l-enerġija fuq nett tal-aġenda politika kemm fl-Ewropa kif ukoll globalment.

F'Jannar 2007, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet pakkett integrat dwar l-enerġija u l-bidla fil-klima sabiex jinqatgħu l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra. Il-pakkett tal-enerġija immirat lejn l-istabbiliment ta' Politika ġdida dwar l-Enerġija fl-Ewropa sabiex tikkumbatti l-bidla fil-klima u ttejjeb s-sigurtà tal-enerġija u l-kompetittività tal-UE.

Il-pakkett huwa bbażat fuq tliet pilastri ewlenin:

  • Suq intern tal-enerġija reali. Dan għandu l-għan li jagħti għażliet reali lill-utenti tal-enerġija u sabiex jiskatta l-investimenti kbar li hemm bżonn fl-enerġija. Sa mill-1 ta' Lulju 2007, iċ-ċittadini Ewropej kollha setgħu jagħżlu b'mod liberu il-fornitur tal-elettriku u l-gass tagħhom. Il-Kummissjoni Ewropea se jkollha tassigura kompetizzjoni ġusta u dinamika fl-Istati Membri kollha.
  • L-aċċelerazzjoni tal-bidla għal enerġija b'karbonju baxx. Dan għandu l-għan li jżomm il-pożizzjoni tal-UE bħala l-pijunier dinji fl-enerġija li tiġġedded, u jipproponi li tal-inqas 20 % tal-ħtiġiet tal-enerġija tal-Ewropa jkunu milħuqa minn sorsi ta' enerġija li tiġġedded sal-2020.
  • Effiċjenza fl-enerġija. Dan għandu l-għan li jiffranka 20 % tal-konsum tal-enerġija primarja sal-2020, li kien għan preċedenti tal-Kummissjoni. Dan jipproponi wkoll iż-żieda ta' vetturi għat-trasport li jaħlu inqas fjuwil; standards aktar iebsin u tikkettjar aħjar fuq l-apparat; it-titjib fl-użu tal-enerġija fil-bini eżistenti tal-UE; u titjib fl-effiċjenza fil-ġenerazzjoni, it-trasmissjoni u d-distribuzzjoni tas-sħana u l-elettriku.

F'Marzu 2007, il-Kunsill Ewropew aċċetta ħafna minn dawn il-proposti u qabel dwar l-azzjonijiet biex tiġi żviluppata politika Ewropea integrata u sostenibbli dwar il-klima u l-enerġija. Il-politika li rriżultat ssegwi it- tliet objettivi segwenti:

  • Iż-żieda fis-sigurtà tal-forniment;
  • L-assigurazzjoni tal-kompetittività tal-ekonomiji Ewropej u d-disponibilità ta' enerġija li jkun jista' jakkwistaha kulħadd;
  • Il-promozzjoni tas-sostenibilità ambjentali u l-ġlieda kontra l-bidla fil-klima.

Sabiex jilħaq dawn l-objettivi, f'Marzu 2007, il-Kunsill Ewropew adotta Pjan ta Azzjoni komprensiv dwar l-enerġija għall-perjodu 2007-2009, li fih azzjonijiet ta' prijorità fl-oqsma segwenti: suq intern għall-gass u l-elettriku; is-sigurtà tal-forniment; politika internazzjonali dwar l-enerġija; l-effiċjenza fl-enerġija u enerġiji li jiġġeddu; u teknoloġiji tal-enerġija.

F'Jannar 2008, il-Kummissjoni Ewropea ippreżentat aktar proposti biex tiġġieled il-bidla fil-klima u tippromwovi l-enerġija li tiġġedded, inkluż miri li jistgħu jiġu nfurzati legalment għall-Istati Membri.

Dokument ta’ Azzjonijiet
Help us build a better climate and energy portal

We are looking at ways to keep you informed about the most important data and developments about climate and energy in the EU.

Help us by taking this survey!

Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina
 
 
 
 
 
Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefown: +45 3336 7100