Attivitajiet tal-EEA
Il-grupp tal-EEA dwar il-bidla fil-klima u l-enerġija jmexxi l-ħidma tal-Aġenzija f'dan il-qasam. Il-grupp jaħdem mill-qrib maċ- Ċentru Tematiku Ewropew dwar l-Arja u l-Bidla fil-Klima (ETC/ACC) u man- netwerk tal-pajjiżi tal-EEA (Eionet).
Monitoraġġ, kontabilità u rappurtaġġ ta' gassijiet b'effett ta' serra
Ix-xogħol tal-EEA fuq l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra għandu l-għan li jappoġġja l-implimentazzjoni tal-Protokoll ta' Kjoto fl-UE. L-attivitajiet u l-prodotti ewlenin jinkludu:
- inventarju annwali tal-Komunità Ewropea tal-gass b'effett ta' serra; wieħed jista' jara d-dejta u r-rapporti fuq il- werrej tal-EEA tad-dejta dwar il-gass tal-effett serra. Il-'mistoqsijiet li jsiru ta' spiss' u r- rapport tal-2008 jagħtu aktar informazzjoni;
- sostenn għall-IPCC u l-UNFCC dwar kwistjonijiet metodoloġiċi u reviżjonijiet relatati mal-inventarji GHG;
- rapport indikatur annwali dwar l-emissjoni ta' gass b'effett ta' serra xejriet u projezzjonijiet, il-mixja tal-progress tal-Komunità Ewropea, l-Istati Membri tagħha u pajjiżi oħra membri tal-EEA, lejn il-miri tagħhom ta' Kjoto. Dan jevalwa wkoll l-effikaċja tal-linji politiċi nazzjonali u tal-UE sabiex jinkisbu dawn il-miri, b'enfasi fuq l-enerġija u t-trasport;
- evalwazzjoni regolari tal- implimentazzjoni tad-Direttiva ta' Negozjar ta' Emissjonijiet, mill-Istati Membri;
- aġġornamenti regolari tal-indikaturi tax-xejriet u l-projezzjonijiet tal-emissjonijiet ta' gass tal-effett serra bħala parti mis- sett ewlieni tal-indikaturi tal-EEA.
Impatti u adattament
Ix-xogħol tal-EEA dwar l-impatti tal-bidla fil-klima jinkludi:
- valutazzjoni tal-impatti tal-klima tal-Ewropa li qed tinbidel: rapport ippublikat fl- 2004, li se jkun aġġornat fl-2008;
- indikaturi dwar l-istat u l-impatt tal-bidla fil-klima (temperatura u konċentrazzjonijiet ta' gass tal-effett serra globali u Ewropej) bħala parti mis- sett ewlieni ta' indikaturi tal-EEA;
- analiżi tal-vulnerabilità għall-bidla fil-klima tar-reġjuni speċifiċi, ara r-rapport tagħna 'Il-vulnerabilità u l-adattament għall-bidla fil-klima fl-Ewropa' (2005);
- analiżi tal- bidla fil-klima u l- kwistjonijiet tal-adattament tal-ilma, inkluża ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet tal-pajjiżi biex jadattaw;
- metodoloġiji biex jiġu kkalkulati l- ispejjeż tal-impatti tal-bidla fil-klima u tal-adattament għall-bidla fil-klima.
Prospetti u xenarji
Ix-xogħol tal-EEA jappoġġa wkoll l-iżvilupp ta' strateġiji b'terminu twil sabiex itaffu u jadattaw għall-bidla fil-klima permezz ta' prospetti futuri u studji ta' xenarji fix-xefaq tal-2020-2050, pereżempju:
- analiżi tal-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra u l-impatti fit-tul tal-bidla fil-klima;
- evalwazzjoni ta' toroq possibbli għat-tnaqqis tal-emissjoni ta' gass b'effett ta' serra li jsiru possibbli permezz tal-azzjoni globali u bi tranżizzjoni għal sistema ta' enerġija b'karbonju baxx fl-Ewropa sal-2030;
- analiżi tal-bidliet proġettati fil- kwalità tal-arja fl-Ewropa sal-2030, u tal-benefiċċji possibbli tal-linji politiċi dwar il-klima fuq il-kwalità tal-arja.
Il-bidla fil-klima hija wkoll waħda mill-oqsma ta' prijorità indirizzati mill- EEA fil-valutazzjonijiet integrati, b'mod partikolari:
-
r-rapporti dwar l-istat u l-prospetti tal-ambjent Ewropew (ara SOER 2005);
-
il-valutazzjonijiet tal-ambjent pan-Ewropew; ara l-messaġġi ewlenin dwar il-bidla fil-klima mir- Raba' valutazzjoni tal-ambjent pan-Ewropew, ippubblikata fl-2007 (ara l-preżentazzjoni tar-rapport f'vidjo).
Permalinks
- Permalink to this version
- d220f5860701e885bf49f03f08902a4b
- Permalink to latest version
- HDABJ8OQK5
Geographic coverage
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/themes/climate/eea-activities or scan the QR code.
PDF generated on 06 Jul 2022, 04:51 AM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn