Introduzzjoni dwar l-agrikoltura

Biddel il-lingwa
Page Mibdul l-aħħar 14 May 2019
6 min read
Is-settur agrikolu huwa wieħed mill-utenti tal-art ewlenin fl-Ewropa u b’hekk jifforma l-pajsaġġi fiż-żoni rurali. Dan għandu diversi impatti diretti u indiretti fuq l-ambjent u huwa stess jiddependi fuq ir-riżorsi naturali.

_DGP5161_2.jpg

More photos

L-art agrikola għandha rwol importanti fix-xejriet tal-użu tal-art madwar l-UE. Il-bwar u r-raba’ flimkien jammontaw għal 39 % tal-kopertura tal-art tal-Ewropa (EEA, 2017a). Is-settur agrikolu huwa utent ewlieni tar-riżorsi naturali u għandu relazzjoni kumplessa mal-ambjent (OECD, 2017). Id-data li ġejja tirrifletti l-prestazzjoni u l-impatti tas-settur agrikolu fl-UE:

  • Fl-2015, madwar 94 % tal-emissjonijiet tal-ammonja fl-Ewropa rriżultaw mill-agrikoltura, l-aktar minn attivitajiet bħalma huma l-ħażna tad-demel, it-tifrix tad-demel likwidu u l-użu ta’ fertilizzanti tan-nitroġeni inorganiċi.
  • L-emissjonijiet tas-CO2 mill-ħamrija tal-pit li tiġi skulata għall-agrikoltura jammontaw għal 100.5 Mt CO2 fis-sena, filwaqt li għall-forestrija ċ-ċifra hija ta’ 67.6 Mt CO2. B’total ta’ 173 Mt CO2 emissjoni mill-ħamrija skulata, l-UE hija t-tieni l-akbar ċentru għall-emissjonijiet tas-CO2 mill-art tal-pit (wara l-Indoneżja) (Berge et al., 2017).
  • Permezz tal-irrigazzjoni, l-agrikoltura tagħmel pressjoni kbira fuq ir-riżorsi tal-ilma rinnovabbli. Kull staġun, is-settur jikkonsma aktar minn 50 % tal-ilma li jintuża fl-Ewropa.
  • L-agrikoltura hija waħda mis-sorsi ewlenin ta’ nitrati fl-ilmijiet tal-wiċċ u ta’ taħt l-art. F’diversi reġjuni madwar l-Ewropa, ħafna drabi dawk b’agrikoltura intensiva, il-konċentrazzjonijiet tan-nitrati għadhom għoljin wisq.
  • Madwar 9 % tal-art agrikola tagħmel parti mis-siti ta’ Natura 2000 — netwerk madwar l-UE ta’ żoni ta’ konservazzjoni tan-natura.
  • L-agrikoltura tikkontribwixxi għal 25 miljun tunnellata ta’ żejt ekwivalenti (12.3 %) għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli (2015), li hija żieda ta’ 15 % mill-2013 għall-2015 (DĠ AGRI, 2017).
  • L-agrikoltura hija parti integrali tas-sistema alimentari u l-firxa ta’ ikel prodott fl-UE hija varjata.
  • B’mod wiesa’, l-UE hija awtosuffiċjenti fil-maġġoranza tal-komoditajiet agrikoli primarji. Din hija wkoll l-akbar esportatur uniku ta’ prodotti agroalimentari, li jinkludu l-ikel ipproċessat (KE, 2016a).

 

Tnejn mill-isfidi ewlenin li tiffaċċja l-agrikoltura fl-Ewropa huma t-tibdil fil-klima (EEA, 2017c) u t-teħid tal-art, jiġifieri l-konverżjoni tal-art, pereżempju, f’insedjamenti u f’infrastruttura (EEA, 2017a). It-tibdil fil-klima jirrikjedi l-adattament tal-varjetajiet tal-għelejjel u jikkawża avvenimenti estremi tat-temp (għal aktar informazzjoni dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima, ara l-ħidma tal-EEA f’dan il-qasam jew il-Pjattaforma Climate-ADAPT) u b’hekk jitlob ġestjoni serja tar-riskju. It-teħid tal-art iwassal għal tnaqqis fl-art agrikola f’bosta reġjuni.

Xejriet ewlenin

Minkejja l-fatt li l-iżvilupp tas-settur agrikolu jiddependi fuq bosta fatturi u varjazzjonijiet reġjonali fis-settur, jistgħu jiġu osservati xi xejriet ewlenin fil-livell Ewropew. Il-proporzjon tal-art totali li tintuża bħala art agrikola qed jonqos u s-settur qed jiġi affettwat mit-teħid tal-art, jiġifieri t-trasformazzjoni f’art artifiċjali. Indipendentement minn dan, l-għadd ta’ rziezet qed jonqos u d-daqs medju tal-irziezet qed jiżdied.

It-tliet fatturi kollha — it-teħid tal-art, l-intensifikazzjoni u l-estensifikazzjoni — iwasslu għat-telf ta’ Art Agrikola b’Valur Naturali Għoli u għal tnaqqis fil-popolazzjonijiet tal-għasafar tal-art agrikola.

F’dawn l-aħħar snin, is-settur agrikolu kien qed jiġi affettwat dejjem aktar minn avvenimenti estremi tat-temp. Silġ, xita bil-qliel, għargħar u nixfiet, ikkawżati mit-tibdil fil-klima, wasslu għal tnaqqis fir-rendimenti (EEA, 2017c).

Il-kuntest tal-politika

L-iżvilupp tas-settur agrikolu huwa influwenzat bil-bosta mill-Politika Agrikola Komuni (PAK) tal-UE (ara Köster, 2010). Minn mindu nħolqot f’nofs is-seklu 20, il-politika agrikola tal-UE kellha dimensjoni ekonomika b’saħħitha. Madankollu, f’dawn l-aħħar 50 sena, kien hemm bidla fit-tip ta’ sussidji mogħtija u bidla minn politika primarjament orjentata lejn is-settur, lejn politika ta’ żvilupp rurali aktar integrata ma’ miżuri strutturali u agroambjentali. Attwalment, il-PAK għandha żewġ pilastri ewlenin: Pilastru 1, li ikopri l-pagamenti diretti għall-bdiewa u l-interventi fis-suq, u Pilastru 2 li jappoġġja l-programmi għall-iżvilupp rurali.

Għall-perjodu 2010-2014, is-sehem medju tas-sussidji tal-UE fl-introjtu mill-fattur agrikolu[1] kien aktar minn 35 %, u dak tal-pagamenti diretti għall-bdiewa kien ta’ 28 %. Dawn iċ-ċifri varjaw minn aktar minn 90 % (sussidji totali) u madwar 45 % (pagamenti diretti) fis-Slovakkja għal madwar 15 % u 12 % fin-Netherlands (EPRS, 2017). Il-proposta legali tal-Kummissjoni Ewropea għall-PAK ta’ wara l-2020 ġiet ippubblikata f’Ġunju 2018. Din tfittex li tikseb orjentazzjoni tal-prestazzjoni akbar fir-rigward tal-kontribut għall-miri u l-ambizzjonijiet relatati mal-ambjent u l-klima.

Il-produzzjoni agrikola hija inkluża wkoll f’politiki oħra tal-UE u internazzjonali li xi wħud minnhom, eż. id-Direttiva dwar in-Nitrati u d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, diġà huma riflessi fl-istruttura tal-PAK. Barra minn hekk, matul l-aħħar deċennju, il-politiki dwar l-enerġija u l-klima, pereżempju, waslu wkoll iż-żieda fil-produzzjoni tal-għelejjel għall-enerġija (OECD/FAO, 2017).

Barra minn hekk, is-settur jaqdi rwol importanti fl-ilħuq tal-objettivi tal-Istrateġija dwar il-Bijodiversità tal-UE u tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU (SDGs).

Attivitajiet tal-EEA

L-EEA tikkollabora ma’ organizzazzjonijiet oħra tal-UE, pereżempju fil-kumpilazzjoni tas-sett komuni ta’ indikaturi agroambjentali (AEIs). Id-data tal-EEA tintuża fil-monitoraġġ u fl-evalwazzjoni tal-PAK, eż. bħala input għall-kumpilazzjoni ta’ ċerti indikaturi li jissejħu indikaturi tal-kuntest. Bis-sehem tagħha fis-Servizz ta’ Monitoraġġ tal-Art ta’ Copernicus, l-EEA tesplora opportunitajiet biex tintuża dejjem aktar id-data ta’ Copernicus għal valutazzjonijiet agroambjentali. Din tipprova tissodisfa wkoll il-ħtiġijiet tas-settur agrikolu għal data u prodotti ta’ Osservazzjoni tad-Dinja, eż. għall-applikazzjoni tat-teknoloġiji agrikoli ta’ preċiżjoni.

Minbarra li tikkollabora mill-qrib mal-organizzazzjonijiet l-oħra tal-UE, l-EEA taħdem flimkien maċ-Ċentri ta’ Referenza Nazzjonali fil-qasam tal-Ambjent u tal-Agrikoltura. Dawn iċ-ċentri jiffurmaw parti integrali min-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent tal-EEA (Eionet), li fih huma rrappreżentati d-39 pajjiż tal-EEA. Isiru sinerġiji max-xogħol ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, bħall-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) u l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO). L-EEA tikkollabora wkoll mal-komunità tar-riċerka u ma’ gruppi ta’ esperti, eż. ma’ timijiet ta’ proġetti appoġġjati mill-programm Orizzont 2020.

 

Pubblikazzjonijiet reċenti

Ir-Rapport tal-EEA reċenti “Food in a green light” jiddiskuti l-produzzjoni u l-konsum tal-ikel, filwaqt li jagħmel dan mill-perspettiva tas-sistema alimentari.

 



[1] L-introjtu mill-fattur agrikolu jkejjel ir-remunerazzjoni tal-fatturi ta’ produzzjoni kollha (l-art, il-kapital, ix-xogħol) irrispettivament minn jekk dawn humiex proprjetà tal-impriża jew le. Dan jirrappreżenta l-valur totali ġġenerat minn impriża agrikola li twettaq attività ta’ produzzjoni u huwa ddefinit bħala l-valur tal-produzzjoni bit-tnaqqis tal-ispejjeż varjabbli, id-deprezzament u t-taxxi fuq il-produzzjoni u biż-żieda tas-sussidji fuq il-produzzjoni. (Abbażi tad-DĠ AGRI, 2017)

Kontenut relatat

Aħbarijiet u artikoli

Dejta relatata

Viżwalizzazzjonijiet tad-dejta relatata

Indikaturi relatati

Use of freshwater resources Use of freshwater resources Despite renewable water is abundant in Europe, signals from long-term climate and hydrological assessments, including on population dynamics, indicate that there was 24% decrease in renewable water resources per capita across Europe between 1960 and 2010, particularly in southern Europe. The densely populated river basinsin different parts of Europe, which correspond to 11 % of the total area of Europe, continue to be hotspots for water stress conditions, and, in the summer of 2014, there were 86 million inhabitants in these areas. Around 40 % of the inhabitants in the Mediterranean region lived under water stress conditions in the summer of 2014. Groundwater resources and rivers continue to be affected by overexploitation in many parts of Europe, especially in the western and eastern European basins. A positive development is that water abstraction decreased by around 7 % between 2002 and 2014. Agriculture is still the main pressure on renewable water resources. In the spring of 2014, this sector used 66 % of the total water used in Europe. Around 80 % of total water abstraction for agriculture occurred in the Mediterranean region.  The total irrigated area in southern Europe increased by 12 % between 2002 and 2014, but the total harvested agricultural production decreased by 36 % in the same period in this region. On average, water supply for households per capita is around 102 L/person per day in Europe, which means that there is 'no water stress'. However, water scarcity conditions created by population growth and urbanisation, including tourism, have particularly affected small Mediterranean islands and highly populated areas in recent years. Because of the huge volumes of water abstracted for hydropower and cooling, the hydromorphology and natural hydrological regimes of rivers and lakes continue to be altered. The targets set in the water scarcity roadmap, as well as the key objectives of the Seventh Environment Action Programme in the context of water quantity, were not achieved in Europe for the years 2002–2014.

Pubblikazzjonijiet relatati

Ara wkoll

Geographic coverage

Dokument ta’ Azzjonijiet
Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina