Emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju mit-trasport tal-passiġġieri

Emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju mit-trasport tal-passiġġieri

Teżisti firxa wiesgħa ta’ opzjonijiet ta’ trasport, iżda li tintgħażel dik b'emissjonijiet l-aktar baxxi mhux dejjem huwa faċli. Mod ta’ kif tkejjel l-impatt ambjentali tiegħek huwa li tħares lejn l-emissjonijiet ta’ CO2 għal kull kilometru passiġġier vjaġġat.

Emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju mit-trasport tal-passiġġieri - Read More…

Emissjonijiet u effiċjenza tal-vetturi

Emissjonijiet u effiċjenza tal-vetturi

It-trasport bit-triq imħaddem bil-fjuwils fossili jirrappreżenta s-sors l-aktar sinifikanti ta’ tniġġis tal-arja relatat mat-trasport. Kull vettura tirrilaxxa inkwinanti minn għadd ta’ sorsi.

Emissjonijiet u effiċjenza tal-vetturi - Read More…

Il-miri tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra

Il-miri tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra

Ġew stabbiliti diversi miri tal-UE għat-tnaqqis tal-impatti ambjentali tat-trasport fl-Ewropa, inkluż il-gassijiet serra tiegħu. Il-miri tas-settur tat-trasport huma parti mill-għan ġenerali tal-UE ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra bi 80 – 95 % sal-2050.

Il-miri tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Read More…

It-tniġġis mill-ħsejjes fl-Ewropa

It-tniġġis mill-ħsejjes fl-Ewropa

It-tniġġis mill-ħsejjes huwa tħassib ambjentali li qed jikber, li jirriżulta minn numru ta’ sorsi. L-effetti negattivi tat-tniġġis mill-ħsejjes jistgħu jinstabu fil-benesseri ta’ popolazzjonijiet umani esposti, fis-saħħa u d-distribuzzjoni ta’ organiżmi selvaġġi, kif ukoll fl-abbiltajiet tat-tfal li jitgħallmu fl-iskola.

It-tniġġis mill-ħsejjes fl-Ewropa - Read More…

L-esponiment għat-tniġġis tal-arja fl-ibliet

L-esponiment għat-tniġġis tal-arja fl-ibliet

Bosta Ewropej huma esposti għal livelli dannużi ta’ tniġġis tal-arja. Kważi 30 % tal-Ewropej li jgħixu fl-ibliet huma esposti għal livelli ta’ inkwinanti fl-arja li jaqbżu l-istandards ta’ kwalità tal-arja tal-UE. U madwar 98 % tal-Ewropej li jgħixu fl-ibliet huma esposti għal livelli ta’ inkwinanti tal-arja meqjusin mil-linji gwida aktar stretti tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa bħala li jagħmlu ħsara lis-saħħa

L-esponiment għat-tniġġis tal-arja fl-ibliet - Read More…

L-inverżjoni tat-temperatura tittrappola t-tniġġis fil-livell tal-art

L-inverżjoni tat-temperatura tittrappola t-tniġġis fil-livell tal-art

Avvenimenti ta’ tniġġis huma iktar probabbli li jseħħu taħt kundizzjonijiet ta’ inverżjoni tat-temperatura. Matul perjodi estiżi ta’ pressjoni għolja fix-xhur tax-xitwa, ir-radjazzjoni solari tilħaq l-art, u ssaħħanha. Bil-lejl, in-nuqqas ta’ kopertura tas-sħab ifisser li l-art titlef is-sħana malajr u l-arja f’kuntatt mal-art issir aktar kiesħa. L-arja aktar sħuna titla’ u taġixxi bħala għatu, fejn tittrappola l-arja aktar kiesħa qrib l-art. It-tniġġis, inkluż dak mit-traffiku tat-triq, jinqabad ukoll, u għalhekk is-saff tal-arja l-iktar qrib l-art isir iktar u iktar imniġġes. Dan ikompli sakemm il-kundizzjonijiet meterjoloġiċi prevalenti jinbidlu.

L-inverżjoni tat-temperatura tittrappola t-tniġġis fil-livell tal-art - Read More…

Tipi ta’ fjuwil u emissjonijiet GHG

Tipi ta’ fjuwil u emissjonijiet GHG

Id-domanda għat-trasport hija marbuta mill-qrib mal-attività ekonomika: f’perjodi ta’ tkabbir, ir-riżultat ekonomiku jikber, jiġu ttrasportati aktar prodotti u aktar nies jivvjaġġaw. L-impatti tat-trasport fuq is-saħħa tal-bniedem, l-ambjent u t-tibdil fil-klima huma marbuta mill-qrib mal-għażla tal-fjuwil. Fjuwils alternattivi nodfa, inkluż l-elettriku, diġà huma disponibbli u jistgħu jikkostitwixxu opzjonijiet vijabbli għall-petrol u d-diżil. It-tul tal-vjaġġ għandu rwol fid-determinazzjoni ta’ kemm hu adatt it-tip ta’ fjuwil.

Tipi ta’ fjuwil u emissjonijiet GHG - Read More…

Dokument ta’ Azzjonijiet
Filed under: ,
Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina