Informazzjoni grafika
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Irish Gaelic (ga)
- Croatian (hr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)

Emissjonijiet u effiċjenza tal-vetturi
It-trasport bit-triq imħaddem bil-fjuwils fossili jirrappreżenta s-sors l-aktar sinifikanti ta’ tniġġis tal-arja relatat mat-trasport. Kull vettura tirrilaxxa inkwinanti minn għadd ta’ sorsi.

Il-miri tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra
Ġew stabbiliti diversi miri tal-UE għat-tnaqqis tal-impatti ambjentali tat-trasport fl-Ewropa, inkluż il-gassijiet serra tiegħu. Il-miri tas-settur tat-trasport huma parti mill-għan ġenerali tal-UE ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra bi 80 – 95 % sal-2050.

It-tniġġis mill-ħsejjes fl-Ewropa
It-tniġġis mill-ħsejjes huwa tħassib ambjentali li qed jikber, li jirriżulta minn numru ta’ sorsi. L-effetti negattivi tat-tniġġis mill-ħsejjes jistgħu jinstabu fil-benesseri ta’ popolazzjonijiet umani esposti, fis-saħħa u d-distribuzzjoni ta’ organiżmi selvaġġi, kif ukoll fl-abbiltajiet tat-tfal li jitgħallmu fl-iskola.

L-esponiment għat-tniġġis tal-arja fl-ibliet
Bosta Ewropej huma esposti għal livelli dannużi ta’ tniġġis tal-arja. Kważi 30 % tal-Ewropej li jgħixu fl-ibliet huma esposti għal livelli ta’ inkwinanti fl-arja li jaqbżu l-istandards ta’ kwalità tal-arja tal-UE. U madwar 98 % tal-Ewropej li jgħixu fl-ibliet huma esposti għal livelli ta’ inkwinanti tal-arja meqjusin mil-linji gwida aktar stretti tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa bħala li jagħmlu ħsara lis-saħħa

L-inverżjoni tat-temperatura tittrappola t-tniġġis fil-livell tal-art
Avvenimenti ta’ tniġġis huma iktar probabbli li jseħħu taħt kundizzjonijiet ta’ inverżjoni tat-temperatura. Matul perjodi estiżi ta’ pressjoni għolja fix-xhur tax-xitwa, ir-radjazzjoni solari tilħaq l-art, u ssaħħanha. Bil-lejl, in-nuqqas ta’ kopertura tas-sħab ifisser li l-art titlef is-sħana malajr u l-arja f’kuntatt mal-art issir aktar kiesħa. L-arja aktar sħuna titla’ u taġixxi bħala għatu, fejn tittrappola l-arja aktar kiesħa qrib l-art. It-tniġġis, inkluż dak mit-traffiku tat-triq, jinqabad ukoll, u għalhekk is-saff tal-arja l-iktar qrib l-art isir iktar u iktar imniġġes. Dan ikompli sakemm il-kundizzjonijiet meterjoloġiċi prevalenti jinbidlu.

Tipi ta’ fjuwil u emissjonijiet GHG
Id-domanda għat-trasport hija marbuta mill-qrib mal-attività ekonomika: f’perjodi ta’ tkabbir, ir-riżultat ekonomiku jikber, jiġu ttrasportati aktar prodotti u aktar nies jivvjaġġaw. L-impatti tat-trasport fuq is-saħħa tal-bniedem, l-ambjent u t-tibdil fil-klima huma marbuta mill-qrib mal-għażla tal-fjuwil. Fjuwils alternattivi nodfa, inkluż l-elettriku, diġà huma disponibbli u jistgħu jikkostitwixxu opzjonijiet vijabbli għall-petrol u d-diżil. It-tul tal-vjaġġ għandu rwol fid-determinazzjoni ta’ kemm hu adatt it-tip ta’ fjuwil.
Permalinks
- Permalink to this version
- 4eef8e9229174792b451b9993de7b389
- Permalink to latest version
- JZR71UXYPB
Geographic coverage
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/sinjali/signals-2016/informazzjoni-grafika/informazzjoni-grafika or scan the QR code.
PDF generated on 25 Feb 2021, 02:23 PM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn