Ritratt ta’ aerosols globali

Biddel il-lingwa
Article Ippubblikat 29 Jul 2013 Mibdul l-aħħar 03 Jun 2016
Topics: ,
“Trab tal-Afrika” mis-Saħara huwa wieħed mis-sorsi naturali ta’ materja partikulata fl-ajru. Kondizzjonijiet estremament niexfa u sħan fis-Saħara joħolqu turbolenza, li tista’ tgħolli t-trab ’il fuq sa għoli ta’ 4-5 km. Il-partikuli jistgħu jibqgħu f’dan l-għoli għal ġimgħat jew xhur, u ħafna drabi jittajru mal-Ewropa.
Simulazzjoni ta’ partikuli atmosferiċi

Simulazzjoni ta’ partikuli atmosferiċi  Image © William Putman, NASA/Goddard

Raxx tal-baħar huwa wkoll sors ta’ materja partikulata, u jista’ jikkontribwixxi għal mhux aktar minn 80 % ta’ livelli ta’ partikuli fl-ajru f’ċerti żoni kostali. Jikkonsisti l-aktar f’melħ, mitfugħ fl-ajru minn irjieħ qawwija.

Żbruffar volkaniku, pereżempju fl-Islanda jew fil-Mediterran, jista’ jipproduċi wkoll livelli għoljin temporanji ta’ materja partikulata fl-ajru fl-Ewropa.  

Nirien forestali u ta’ bwar fl-Ewropa jaħarqu medja ta’ kważi 600,000 ettaru (bejn wieħed u ieħor 2.5 darbiet id-daqs tal-Lussemburgu) kull sena u huma sors sinifikanti ta' tniġġis tal-arja. Sfortunatament, disa’ minn kull għaxar nirien huwa mifhum li huma kkawżati direttament jew indirettament minn bnedmin, pereżempju bi ħruq, sigaretti mormija, campfires, jew bdiewa li jaħarqu residwi tal-għelejjel wara l-ħsad.

Simulazzjoni ta’ partikuli atmosferiċi u l-movimenti tagħhom min-NASA

Trab (aħmar) jintrefa’ mis-superfiċi; melħ tal-baħar (blu) idur ġewwa ċikluni; duħħan (aħdar) jirriżulta minn nirien; u partikuli tas-sulfat (bojod) inixxu minn vulkani u emissjonijiet ta’ fjuwils fossili.  

Dan ir-ritratt ta’ aerosols globali kien prodott minn simulazzjoni GEOS-5 f’riżoluzzjoni ta’ 10-kilometri. Krediti tal-immaġni: William Putman, NASA/Goddard; www.nasa.gov/multimedia/imagegallery/

Geographic coverage

Dokument ta’ Azzjonijiet
Filed under: ,
Help us build a better climate and energy portal

We are looking at ways to keep you informed about the most important data and developments about climate and energy in the EU.

Help us by taking this survey!

Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina
 
 
 
 
 
Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefown: +45 3336 7100