Article
Il-leġiżlazzjoni dwar l-arja fl-Ewropa
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Irish Gaelic (ga)
- Croatian (hr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Ir-ritratti huma meħuda minn fuq it-torri Montparnasse matul episodju ta’ tniġġis tal-arja ta’ NO 2 li qabeż il-valuri limiti, rreġistrati fix-xitwa tal-1997-1998.
Jean-Jacques Poirault, Franza (ImaginAIR)
L-ammont ta’ sustanzi li jniġġsu rilaxxati fl-arja li nieħdu tnaqqas ħafna minn dak iż-żmien minn meta l-UE introduċiet politiki u miżuri li jirrigwardaw il-kwalità tal-arja fis-snin sebgħin. Emissjonijiet ta’ tniġġis tal-arja minn ħafna sorsi maġġuri inklużi t-trasport, l-industrija, u l-ġenerazzjoni tal-enerġija huma issa rregolati u qegħdin ġeneralment jonqsu, għalkemm mhux dejjem sal-punt mixtieq.
Nimmiraw is-sustanzi li jniġġsu
Mezz wieħed li bih l-UE laħqet dan it-titjib huwa billi stabbiliet limiti vinkolanti u mhux vinkolanti għall-Unjoni kollha fir-rigward ta’ ċerti sustanzi li jniġġsu mxerrda fl-arja. L-UE stabbiliet standards għal materja partikulata (PM) ta’ ċerti daqsijiet, l-ożonu, id-dijossidu tal-kubrit, l-ossidi tan-nitroġenu, iċ-ċomb, u sustanzi oħra li jniġġsu li jista’ jkollhom effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ekosistemi. Partijiet tal-leġiżlazzjoni prinċipali li tistabbilixxi limiti għal sustanzi li jniġġsu fl-Ewropa tinkludi d-Direttiva tal-2008 dwar il-kwalità tal-arja ambjentali u arja iktar nadifa għall-Ewropa (2008/50/KE), u l-qafas tad-Direttiva tal-1996 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tal-kwalità tal-arja ambjentali (96/62/KE).
Approċċ ieħor lejn leġiżlazzjoni għal titjib fil-kwalità tal-arja huwa billi kienu stabbiliti limiti nazzjonali ta' emissjonijiet fis-sena għal sustanzi speċifiċi li jniġġsu. F’dawn il-każijiet, il-pajjiżi huma responsabbli biex jintroduċu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-livelli tal-emissjoni tagħhom huma taħt il-limitu stabbilit għas-sustanza rilevanti li tniġġes.
Il-Protokoll ta’ Gothenburg lill-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Tniġġis tal-Arja Transkonfinali fuq Distanzi fit-tul (LRTAP), u d-Direttiva ta’ Limiti Nazzjonali ta’ Emissjonijiet tal-UE (2001/81/KE) it-tnejn iddeterminaw limiti ta’ emissjonijiet fis-sena għal pajjiżi Ewropej, fuq sustanzi li jniġġsu l-arja, inklużi dawk is-sustanzi responsabbli għall-aċidifikazzjoni, l-ewtrofikazzjoni, u t-tniġġis tal-ożonu toposferiku. Il-Protokoll ta’ Gothenburg ġie rivedut fl-2012. U d-Direttiva dwar Limiti Nazzjonali fuq l-Emissjonijiet għandha tiġi riveduta fl-2013.
Nimmiraw is-setturi
Minbarra li tistabbilixxi standards dwar il-kwalità tal-arja għal sustanzi li jniġġsu speċifiċi u limiti fil-livell tal-pajjiż kull sena, il-leġiżlazzjoni Ewropea hija wkoll maħsuba biex timmira setturi partikolari li jaġixxu bħala sorsi ta’ tniġġis tal-arja.
Emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja mis-settur industrijali huma rregolati, fost l-oħrajn, mid-Direttiva dwar Emissjonijiet Industrijali tal-2010 (2010/75/UE) u mid-Direttiva tal-2001 dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja minn Impjanti Kbar tal-Kombustjoni (2001/80/KE).
Emissjonijiet mill-vetturi kienu rregolati permezz ta’ serje ta’ standards ta’ prestazzjoni u ta’ fjuwil, inkluża d-Direttiva tal-1998 li tirrelata għall-kwalità ta’ fjuwils tal-petrol u tad-diżil (98/70/KE) u standards dwar l-emissjonijiet minn vetturi, magħrufa bħala Euro standards.
Il-Euro standards 5 u 6 ikopru emissjonijiet minn vetturi żgħar inklużi karrozzi, vannijiet, u vetturi kummerċjali. Il-Euro standard 5 daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2011, u jeħtieġ li l-karrozzi ġodda kollha koperti mil-leġiżlazzjoni jirrilaxxaw inqas partikulati u ossidi tan-nitroġenu mil-limiti stabbiliti. Il-Euro 6, li ser jidħol fis-seħħ fl-2015, ser jimponi limiti iktar stretti fuq l-ossidi tan-nitroġenu rilaxxati minn magni tad-diżil.
Hemm ukoll ftehim internazzjonali li jirrigwarda l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja f’oqsma oħra ta’ trasport, bħall-Konvenzjoni tal-1973 tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali għall-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (MARPOL), bil-protokolli addizzjonali tagħha, li jirregolaw emissjonijiet tad-dijossidu tal-kubrit mit-trasport marittimu.
(c) Javier Arcenillas, ImaginAIR/EEA
“Għalkemm fortunatament għad hemm postijiet fir-Rumanija kważi selvaġġi u spettakolari, fejn in-natura mhijiex minsusa mill-bniedem, f’żoni aktar urbanizzati hemm problema ekoloġika ovvja.” Javier Arcenillas, Spanja
Naslu għall-konklużjonijiet
Sustanza li tniġġes hija ġeneralment irregolata minn aktar minn leġiżlazzjoni waħda. Il-materja partikulata, pereżempju, hija indirizzata direttament minn tliet miżuri legali Ewropej (Direttivi dwar il-kwalità tal-arja ambjentali u emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja, u l-limiti Euro fuq emissjonijiet minn vetturi fit-triq) u żewġ konvenzjonijiet internazzjonali (LRTAP u MARPOL). Xi prekursuri tal-PM huma trattati minn miżuri legali oħra.
L-implimentazzjoni ta’ dawn il-liġijiet hija mferrxa wkoll tul perjodu ta’ żmien u tintlaħaq fi stadji. Għal partikuli fini, id-direttiva dwar il-kwalità tal-arja tistabbilixxi 25 mg/m3 bħala “valur mira” li għandu jintlaħaq sal-1 ta' Jannar 2010. L-istess limitu huwa stabbilit biex isir “valur limitu” sal-2015, billi jinvolvi obbligi addizzjonali.
Għal xi setturi, il-politiki dwar l-arja jistgħu l-ewwel ikopru ċerti sustanzi li jniġġsu f’partijiet limitati tal-Ewropa. F’Settembru 2012, il-Parlament Ewropew adotta r-reviżjonijiet li ġabu l-istandards tal-UE dwar emissjonijiet tal-kubrit mill-bastimenti f’konformità mal-istandards tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali mill-2008. Sal-2020, il-limitu fuq il-kubrit ser ikun 0.5 % fl-ibħra kollha madwar l-UE.
Għall-Baħar Baltiku, il-Baħar tat-Tramuntana u l-Kanal Ingliż f’dawk magħrufa bħala “Żoni ta’ Emissjoni tal-Kubrit Ikkontrollata”, il-Parlament Ewropew stabbilixxa limitu aktar strett fuq il-kubrit ta’ 0.1 % sal-2015. Meta wieħed jikkunsidra li l-fjuwil standard tal-baħar jikkontjeni 2,700 darba aktar kubrit minn diżil konvenzjonali għal karrozzi, huwa ċar li din il-leġiżlazzjoni tagħti raġunijiet b’saħħithom lis-settur marittimu biex jiżviluppa u juża fjuwils aktar nodfa.
Implimentazzjoni fuq l-art
Il-leġiżlazzjoni Ewropea preżenti dwar il-kwalità tal-arja hija bbażata fuq il-prinċipju li l-Istati Membri tal-UE jaqsmu t-territorji tagħhom f’għadd ta’ żoni ta’ ġestjoni fejn il-pajjiżi huma meħtieġa jivvalutaw il-kwalità tal-arja billi jużaw approċċi ta’ kejl jew mudelli. Il-parti l-kbira tal-ibliet il-kbar huma ddikjarati bħala żoni ta’ dan it-tip. Jekk l-istandards dwar il-kwalità tal-arja jinqabżu f’żona, Stat Membru għandu jirrapporta lill-Kummissjoni Ewropea u jispjega r-raġunijiet.
Il-pajjiżi huma mbagħad meħtieġa jiżviluppaw pjanijiet lokali jew reġjonali li jiddeskrivu kif ikollhom il-ħsieb li jtejbu l-kwalità tal-arja. Jistgħu pereżempju jistabbilixxu dawk magħrufa bħala żoni b’emissjonijiet baxxi li jirrestrinġu l-aċċess għal aktar vetturi li jniġġsu. L-ibliet jistgħu wkoll jinkoraġġixxu xift fit-trasport għal mezzi li jniġġsu anqas inkluż il-mixi, iċ-ċikliżmu, u t-trasport pubbliku. Jistgħu jiżguraw ukoll li sorsi ta’ kombstjoni industrijali u kummerċjali jiġu mgħammra b’tagħmir li jikkontrolla l-emissjonijiet, skont l-aħħar u l-aħjar teknoloġija disponibbli.
Ir-riċerka wkoll hija kritika. Mhux biss toffrilna teknoloġiji ġodda, iżda ttejjeb ukoll l-għarfien tagħna dwar sustanzi li jniġġsu l-arja u l-effetti negattivi tagħhom fuq saħħitna u fuq l-ekosistemi tagħna. L-integrazzjoni tal-iktar tagħrif riċenti fil-liġijiet u fl-azzjonijiet tagħna tgħinna biex inkomplu ntejbu l-arja fl-Ewropa.
(c) Gülçin Karadeniz
Aktar informazzjoni
Permalinks
- Permalink to this version
- 8eb29b0467524d3bbdfda5bd4984a2b1
- Permalink to latest version
- ZYDKOC23XU
Geographic coverage
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/sinjali/signals-2013/artikoli/il-legizlazzjoni-dwar-l-arja or scan the QR code.
PDF generated on 22 Jan 2021, 02:00 PM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn