Artikoli
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Irish Gaelic (ga)
- Croatian (hr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
L-atmosfera, it-temp u l-varjazzjonijiet staġjonali ilhom jiġbdu l-faxxinu u l-osservazzjoni. Fir-raba’ seklu qabel Kristu, it-trattat ta’ Aristotile bl-isem ta’ Meteoroloġija ġabar l-osservazzjonijiet tal-filosfu l-kbir mhux biss fir-rigward tat-temp, iżda wkoll dwar ix-xjenzi terrestri inġenerali. Sas-17-il seklu, l-arja kienet tissimbolizza “ix-xejn”. Kien maħsub li l-arja ma kellha ebda sinifikat sakemm Galileo Galilei pprova, b’mod xjentifiku, li għandha.
Kull nifs li nieħdu
26 Jul 2013Nieħdu n-nifs minn x’ħin nitwieldu sa x’ħin immutu. In-nifs huwa bżonn vitali u kostanti, mhux biss għalina iżda għall-ħajja kollha fid-Dinja. Kwalità ħażina tal-arja teffettwana lkoll: tagħmel ħsara lil saħħitna u lill-ambjent, li twassal għal telf ekonomiku. Iżda fiex tikkonsisti l-arja li niġbdu f’imnifsejna u minn fejn jiġu d-diversi sustanzi li jniġġsu l-arja?
L-arja fl-Ewropa llum
26 Jul 2013L-Ewropa tejbet il-kwalità tal-arja tagħha f’għexieren ta’ snin riċenti. Emissjonijiet minn ħafna sustanzi li jniġġsu tnaqqsu b’suċċess, iżda l-materja partikulata u t-tniġġis tal-ożonu b’mod partikolari jkomplu jippreżentaw riskji serji għas-saħħa tal-Ewropej.
Tibdil fil-klima u fl-arja
26 Jul 2013Il-klima tagħna qiegħda tinbidel. Ħafna gassijiet li jbiddlu l-klima huma wkoll sustanzi tal-arja komuni li jniġġsu u li jeffettwaw lil saħħitna u lill-ambjent. F’diversi modi, it-titjib tal-kwalità tal-arja jista’ wkoll jagħti spinta lejn sforzi ta' mitigazzjoni ta' tibdil fil-klima u viċi versa, iżda mhux dejjem. L-isfida quddiemna hija li niżguraw li l-politiki tal-klima u tal-arja jiffukaw fuq xenarji pożittivi.
Il-kwalità tal-arja ġewwa
26 Jul 2013Ħafna minna kapaċi jqattgħu sa 90 % mill-ġurnata tagħna ġewwa — fid-dar, fuq ix-xogħol jew fl-iskola. Il-kwalità tal-arja li nieħdu f’imnifsejna waqt li nkunu fil-magħluq ukoll għandha impatt dirett fuq saħħitna. X’inhu li jiddetermina l-kwalità tal-arja ta’ ġewwa? Hemm xi differenza bejn sustanzi li jniġġsu fuq barra u fil-magħluq? Kif nistgħu intejbu l-kwalità tal-arja fil-magħluq?
Nibnu l-għarfien tagħna dwar l-arja
26 Jul 2013L-għarfien u l-fehim tagħna tat-tniġġis tal-arja qiegħed jikber kull sena. Għandna netwerk dejjem jespandi ta’ stazzjonijiet ta’ monitoraġġ li jirrappurtaw dejta dwar firxa wiesgħa ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja, kkumplimentata b’riżultati minn mudelli dwar il-kwalità tal-arja. Issa rridu niżguraw li l-għarfien xjentifiku u l-politika jkomplu jiżviluppaw id f’id.
Il-leġiżlazzjoni dwar l-arja fl-Ewropa
26 Jul 2013It-tniġġis tal-arja mhuwiex l-istess kullimkien. Sustanzi differenti li jniġġsu jiġu rilaxxati fl-atmosfera minn firxa wiesgħa ta’ sorsi. Hekk kif ikunu fl-atmosfera, jistgħu jittrasformaw f'sustanzi ġodda li jniġġsu u jixterrdu madwar id-dinja. It-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ politiki biex tiġi indirizzata din il-kumplessità mhumiex kompiti faċli. Ħarsa ġenerali lejn il-leġiżlazzjoni dwar l-arja fl-Unjoni Ewropea tinstab hawn taħt.
Permalinks
- Permalink to this version
- 4392e204dad043a0bb401642aa5a01df
- Permalink to latest version
- IWTZA5Q9N6
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/sinjali/signals-2013/artikoli or scan the QR code.
PDF generated on 31 Jan 2023, 06:22 PM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn