Artikoli
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Inħaddru l-ekonomija tagħna
28 Jun 2012Ħafna nies se jiftakru l-2011 bħala s-sena li fiha raw taqlib finanzjaru, id-diżastru tat-terremot-tsunami-nukleari fil-Ġappun, l-għoti ta’ garanziji finanzjarji lil xi pajjiżi fl-Ewropa, kif ukoll il-protesti tal-massa marbutin mar-Rebbiegħa Għarbija, il-moviment Occupy Wall Street u l-Indignados Spanjoli. Ftit biss se jiftakru li kienet anki s-sena li matulha x-xjenzati skoprew aktar minn 18 000 speċi ġdida li jgħixu fuq il-pjaneta tagħna. U hemm saħansitra inqas nies kapaċi jsemmu speċi waħda li ġiet iddikjarata estinta.
It-triq lejn sostenibbiltà globali
28 Jun 2012Erba’ deċennji ta’ governanza ambjentali għenuna nibnu istituzzjonijiet biex nifhmu u nindirizzaw aħjar il-problemi ambjentali. Għoxrin sena wara s-Summit dwar id-Dinja tal-1992, il-mexxejja tad-dinja ltaqgħu mill-ġdid f’Rio de Janeiro biex iġeddu l-impenn globali għal ekonomija ekoloġika u għat-titjib tal-governanza globali.
L-għajxien f’soċjetà tal-konsum
28 Jun 2012Deċennji ta’ tkabbir relattivament kostanti fl-Ewropa biddlu l-mod ta’ kif ngħixu. Nipproduċu u nikkunsmaw aktar prodotti u servizzi. Nivvjaġġaw u ngħixu aktar. Iżda l-impatti ambjentali tal-attivitajiet ekonomiċi tagħna ġewwa d-dar u barra pajjiżna saru akbar u aktar viżibbli. Il-leġiżlazzjoni ambjentali, meta tiġi implimentata sew, tikseb riżultati effettivi. Wara li jiġi osservat x’inbidel fl-aħħar għoxrin sena, madankollu, nistgħu ngħidu li qed nagħmlu dak kollu li nistgħu?
Minn minjiera għal skart, u lil hinn
28 Jun 2012Kważi kulma nikkonsmaw u nipproduċu jħalli impatt fuq l-ambjent tagħna. Meta niffaċċjaw għażliet ta’ kuljum biex nixtru ċerti prodotti jew servizzi, rari naħsbu dwar l-‘impronta’ li dawn iħallu fuq l-ambjent. Il-prezzijiet fuq l-ixkaffa tagħhom ftit li xejn jirriflettu l-ispejjeż veri tagħhom. Iżda hemm ħafna affarijiet li nistgħu nagħmlu biex il-konsum u l-produzzjoni tagħna jsiru aktar ekoloġiċi.
Kif iġġib il-prezz ‘ġust’?
28 Jun 2012Ħafna ekonomiji ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw huma ffokati fuq l-isfruttar tar-riżorsi naturali biex joħorġu lill-popolazzjonijiet tagħhom mill-faqar, filwaqt li potenzjalment jagħmlu ħsara lis-sistemi naturali li jiddependu fuqhom. Is-soluzzjonijiet f’perjodu qasir spiss jgħarrqu l-benessri tal-popolazzjoni fit-tul. Il-gvernijiet jistgħu jgħinu s-swieq biex jistabbilixxu l-prezz ‘ġust’ għas-servizzi tan-natura u jinfluwenzaw l-għażliet ekonomiċi? Din li ġejja hija ħarsa mill-qrib lejn xi jfisser l-użu tal-ilma fil-produzzjoni tal-qoton għal Burkina Faso.
Lokali u globali
28 Jun 2012Meta niffaċċjaw l-iskarsezza jew il-pressjonijiet akbar fuq ir-riżorsi vitali bħall-ilma u l-art, il-kwistjoni dwar min jiddeċiedi tista’ tkun importanti daqs dik dwar kif jiġu amministrati u użati r-riżorsi. Il-koordinazzjoni globali spiss hija essenzjali iżda mingħajr approvazzjoni u involviment lokali, xejn ma jista’ jsir b’mod effettiv.
Permalinks
- Permalink to this version
- b36bf28d69644ba69db501e7012f8d7f
- Permalink to latest version
- G1TM3U6YAW
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/sinjali/signals-2012/artikoli or scan the QR code.
PDF generated on 27 Jun 2022, 11:10 AM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn