li jmiss
preċedenti
punti
Itla’ livell
  • Ir-raħal fuq wiċċ l-ilma huwa ddisinjat biex ilaħħaq mal-estremitajiet ta' livelli tal-ilma jogħlew u jinżlu, iżda joffri wkoll kwalità ta' ħajja aħjar - il-ħajja viċin jew fuq l-ilma hija tajba ħafna hawn. Click to view full-size image… 2.7 MB
  • L-impatti tat-tibdil fil-klima fl-Ewropa jvarjaw minn għargħar għal nixfiet u mewġiet ta' sħana, u żoni urbani differenti jiffaċċjaw sfidi differenti. S'issa, ftit bliet biss żviluppaw strateġiji sabiex jaddattaw għall-kundizzjonijiet 'ġodda'. Click to view full-size image… 5.2 MB
  • Huwa essenjali li nimxu minn oqsma ta' innovazzjoni f'żoni urbani għal bliet innovattivi. Id-densità għolja fil-popolazzjoni tagħhom tfisser li żoni urbani isellfu ruħhom għas-sostennibilità. B'ippjanar u b'ġestjoni xierqa, il-bliet jistgħu jsiru l-mexxejja ekoloġiċi tal-futur. Click to view full-size image… 3.3 MB
  • Popolazzjoni li qiegħda tikber dejjem iżjed u livelli tal-baħar li qegħdin jogħlew ġiegħlu lill-belt ta' Amsterdam sabiex tkun kreattiva. Minflok sempliċiment saħħew id-difiżi ta' kontra l-għargħar, xi periti, dawk li jfasslu l-pajsaġġ u inġiniera qegħdin jesperimentaw b'tipi ta' arkitetturi innovattivi fuq l-ilma stess. Click to view full-size image… 1.3 MB
  • IJburg, subborg ta' Amsterdam, qiegħed jiġi ddisinjat u mibni bħala komunità li tgħix f'wiċċ l-ilma minn kumpanija tal-kostruzzjoni Olandiża Dura Vermeer. Id-djar il-ġodda huma 'mmolleġġjati' ma' passaġġi f'wiċċ l-ilma u huma mqabbdin mas-servizzi tal-elettriku, tal-ilma u sanitarji. Jistgħu jiġu skonnettjati faċilment u mressqin lejn x'imkien ieħor Click to view full-size image… 5.4 MB
  • "Il-futur sejjer ikun differenti minn dak li nistennew. Mhuwiex possibbli li nbassru b'mod eżatt kemm sejjer jogħla l-ilma fl-Olanda. Iżda komunità li tgħix f'wiċċ l-ilma hija flessibbli. Kullma jagħmlu, id-djar jogħlew u jinżlu mal-ilma." Johan van der Pol, viċi-direttur ta' Dura Vermeer Click to view full-size image… 644.6 KB
  • Serer li jżommu f'wiċċ l-ilma li jibżgħu għall-ambjent jikkombinaw żewġ funzjonijiet fl-istess metru kwadru: isir tkabbir tal-frott u ħaxix u ħżin tal-ilma frisk. Click to view full-size image… 4.8 MB

Permalinks

Geographic coverage

Dokument ta’ Azzjonijiet