Ordni globali ġdida
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Irish Gaelic (ga)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Għaliex hija importanti għalik din il‑bidla fil-potenza globali?
Meta l-pajjiżi jikbru b’pass relattivament mgħaġġel, huma spiss jiggwadanjaw saħħa ekonomika minħabba s-swieq tal-produzzjoni u tal-konsum dejjem jikbru tagħhom. Huma jistgħu jeżerċitaw dak il-poter f’negozjati internazzjonali fuq kwistjonijiet ekonomiċi (bħal ostakoli għallkummerċ u l-istandards tal-prodotti). Iżda huma jistgħu wkoll jużaw dik l-influwenza f’oqsma oħrajn, inkluż fil-kuntest tan-negozjati ambjentali.
Ir-riżorsi li jipprovdu l-enerġija lill-ekonomiji nazzjonali jinfluwenzaw ukoll il-bilanċ tal-poter. Il-pussess ta’ riżorsi essenzjali jista’ jkompli jtejjeb il-kompetittività u l-influwenza talekonomiji emerġenti, partikolarment minħabba d-distribuzzjoni globalment irregolari tar-riżorsi. Pereżempju, huwa maħsub li aktar minn nofs il-ħażna ta’ lithium tad-dinja, metall li fil-preżent huwa essenzjali għall-karozzi ibridi u dawk li jaħdmu għal kollox bl-elettriku, tinsab fil-Bolivja.
L-użu globali tan-Neodymium, li huwa materjal essenzjali għal ħafna teknoloġiji avvanzati tallaser, huwa mistenni li jiżdied b’erba’ darbiet matul it-30 sena li ġejjin. Dan l-element huwa disponibbli biss fi kwantità fiċ-Ċina. It-tkabbir fl-industriji relatati ser ikun kważi dipendenti għal kollox fuq iċ-Ċina u l-kapaċità tal-produzzjoni tagħha. Il-konsegwenzi għall-Istati li jippossjedu dawn ir-riżorsi u għall-ekonomiji li jiddependu fuq l-importazzjonijiet tagħhom ser ikunu konsiderevoli.
Graff 1: Materji prima magħżula
Għaliex il-kompetizzjoni intensifikata tar-riżorsi globali hija importanti għall-Ewropa? L-aċċess sigur għar-riżorsi naturali huwa fattur kruċjali għall-bażi tal-produzzjoni tal-Ewropa. L-Ewropa hija relattivament fqira fir-riżorsi u jeħtieġ li timporta ħafna mir-riżorsi li jkollha bżonn.
Għal aktar informazzjoni ara: Global megatrends: kompetizzjoni globali intensifikata għar-riżorsi: www.eea.europa.eu/soer/europe-and-the-world/megatrends
Permalinks
- Permalink to this version
- a925956d919f4a66e47b3fb508ea13a0
- Permalink to latest version
- KBMJ8RQE2V
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/sinjali/signals-2011/earth-2050-global-megatrend/ordni-globali-gdida or scan the QR code.
PDF generated on 24 Jan 2021, 07:30 AM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn