li jmiss
preċedenti
punti

Messaġġ ewlieni: Il-ħażniet ta’ riżorsi naturali fid-dinja diġà qegħdin jonqsu. Popolazzjoni globali akbar u aktar sinjura bi ħtiġijiet akbar ta’ konsum joħolqu domanda akbar għal ħafna affarijiet, fosthom l-ikel, l-ilma u l-enerġija. Fil-ġejjieni, iż-żieda tad-domanda u n-nuqqas ta’ provvista jistgħu jintensifikaw il-kompetizzjoni globali għar-riżorsi. SOER 2010: valutazzjoni tematika – il-konsum u l-ambjent

Għaliex ir-riżorsi huma importanti għalik?

L-aċċess sigur għar-riżorsi huwa kruċjali għall‑Ewropa. L-Ewropa hija relattivament fqira fir-riżorsi u għalhekk jeħtieġ li timporta ħafna minnhom. Dan huwa partikolarment minnu jekk wieħed iqis it-tkabbir kontinwu fid-domanda għall‑enerġija u għar-riżorsi meħtieġa sabiex jinstabu soluzzjonijiet ta’ teknoloġija avvanzata.

Materja prima (pereżempju minerali): L-iskarsezza dejjem tikber, fuq medda ta’ żmien fit tul, tal-minerali u l-metalli, jistgħu jwasslu lill-Ewropa biex iddur għal sorsi li sa issa kienu meqjusa bħala mhux ekonomiċi. L-espansjoni tal-minjieri għandha bosta effetti ambjentali, inkluż tibdil fil-pajsaġġi, it-tniġġis tal-ilma u l-ġenerazzjoni tal-iskart. Ir-riżervi minerali ta’ kwalità aktar ħażina jistgħu jfissru li l-isfruttar ta’ sorsi bħal dawn ikun inqas effiċjenti fl-użu tal‑enerġija.

Riżorsi naturali (pereżempju uċuħ tar-raba’ għall-ikel): Popolazzjoni akbar u aktar sinjura sal-2050 timplika domanda għal produzzjoni agrikola darbtejn ogħla mil-lum. Din jista’ jkollha impatti f’termini ta’: it-telf tal-ekosistemi naturali, il-ħsara fis-servizzi tal-ekosistemi, inkluż iċ-ċiklu tal-karbonju u tal-ilma, u impatti fuq il-forniment tal-ikel u l-fibra.

Graff 3: It-tibdil fiż-żona tal-art agrikola

Il-popolazzjoni tad-dinja tista’ tikber b’mod sinjifikanti matul id-deċennji li ġejjin u d-dieti qegħdin jinbidlu miċ-ċereali għal-laħam hekk kif il-ġid qiegħed ikompli jiżdied. Skont in-Nazzjonijiet Uniti (UNFAO), id-domanda għall-ikel, l-għalf u l-fibri tista’ tiżdied b’70 % sal-2050. Din għandha implikazzjonijiet konsiderevoli għall-użu tal-art u l-ekosistemi naturali.

Għal aktar informazzjoni ara: Global megatrends: il-ħażniet dejjem jonqsu tar-riżorsi naturali: www.eea.europa.eu/soer/europe-and-the-world/megatrends

Graff 3: It-tibdil fiż-żona tal-art agrikola

Permalinks

Dokument ta’ Azzjonijiet