It-tniġġis – Iż-żieda fl-użu tassustanzi kimiċi
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Irish Gaelic (ga)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Għaliex dan l-użu dejjem jiżdied tas-sustanzi kimiċi huwa importanti għalik?
Il-konsegwenzi potenzjali tax-xejriet tat-tniġġis globali għall-Ewropa jinkludu l-impatti ulterjuri fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ekosistemi. L-ilma tax-xorb u tal-għawm perikoluż u l-ikel ikkontaminat, kemm mill-prodotti Ewropej kif ukoll mill-prodotti importati, jikkawżaw riskji immedjati. Ir-riskji jistgħu jkunu marbuta wkoll mal-importazzjoni dejjem tiżdied ta’ prodotti kimiċi industrijali intermedjarji u finali. Fl‑Ewropa, il-problema tan-nitroġenu reattiv hija partikolarment evidenti fil-Baħar Baltiku, fejn l-istatus ekoloġiku attwali huwa diġà ħażin.
Graff 5: Il-produzzjoni tas-sustanzi kimiċi
Huwa stmat li bejn 70 000 u 100 000 sustanza kimika qegħdin jiġu prodotti f’volumi għolja, b’aktar minn miljun tunnellata fis-sena. Il-pajjiżi tal-OECD huma l-akbar produtturi tas-sustanzi kimiċi, iżda l-produzzjoni qiegħda tiżdied malajr b’aktar mid-doppju fl-Indja, fiċ-Ċina, fil-Brażil, fl-Afrika t’Isfel u fl-Indonesja.
Għal aktar informazzjoni ara: Global megatrends: it-tagħbija dejjem tikber tat-tniġġis ambjentali: www.eea.europa.eu/soer/europe-and-the-world/megatrends
Permalinks
- Permalink to this version
- da51e89cdb8e8c7f3ea8eb0246a48aa5
- Permalink to latest version
- 3ISJ1VOFAU
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/sinjali/signals-2011/earth-2050-global-megatrend/it-tniggis-2013-iz-zieda or scan the QR code.
PDF generated on 05 Feb 2023, 03:48 PM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn