It-tkabbir ekonomiku, aktar milli t-tkabbir tal-popolazzjoni, ser ikun il-forza ewlenija tal-konsum
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Irish Gaelic (ga)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Għaliex id-demografija globali hija importanti għalik?
It-tkabbir tal-popolazzjoni jinfluwenza ħafna mill-megatrends globali. L-istabbilizzazzjoni tal-popolazzjoni umana – li mistennija sseħħ fit-tieni nofs ta’ dan is-seklu – mhijiex ser issolvi l-problemi tad-dinja iżda tista’ tgħin fl-isforzi lejn żvilupp sostenibbli.
Popolazzjoni li tkun qiegħda tikber iżżid l-użu tar-riżorsi naturali, it-tniġġis ambjentali u bidliet fl-użu tal-art bħall-urbanizzazzjoni. Il-bidliet fix-xejriet demografiċi globali jkollhom impatti diretti fuq l-ambjent Ewropew permezz tat-tibdil fil-klima u l-konsum tar-riżorsi.
Il migrazzjoni minn barra l-Ewropa tista’ tikkumpensa sa ċertu punt għat-tnaqqis naturali tal-popolazzjoni u l-forza tax-xogħol tal-Ewropa, iżda tkun teħtieġ interventi politiċi sostanzjali fillivelli reġjonali u nazzjonali.
L-idea li l-popolazzjoni żejda ser tkun kawża primarja tal-kriżi planetarja qiegħda tiġi kkontestata. Din mhijiex kwistjoni li hemm wisq minna biex jiġu sostnuti mill pjaneta, iżda li l-istili ta’ ħajja fl għadd dejjem jikber ta’ ekonomiji industrijalizzati qegħdin jitolbu aktar riżorsi milli tista’ tipproduċi l-pjaneta. L-użu tar‑riżorsi naturali huwa xprunat aktar mit-tkabbir ekonomiku milli mit-tkabbir tal-popolazzjoni f’numru dejjem jikber ta’ reġjuni.
Graff 4: Bidla fil-konsum tal-klassi tannofs
Klassi tan-nofs globali akbar fis-sena 2050 tkun tfisser kapaċità tal-infiq akbar F’dan l-istudju, il-klassi tan-nofs hija definita f’termini ta’ livelli ta’ konsum: Huwa l-grupp ta’ familji li jonfqu bejn 10 u 100 Dollaru Amerikan kuljum (f’parità tal-kapaċità tal-infiq).
Għal lista sħiħa ta’ referenzi ara: Global megatrends: ngħixu f’dinja urbana: www.eea.europa.eu/soer/europe-and-the-world/megatrends
Permalinks
- Permalink to this version
- c82df3c365946d0863258bf277fcae80
- Permalink to latest version
- C4MHUS9WT2
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/sinjali/signals-2011/earth-2050-global-megatrend/it-tkabbir-ekonomiku-aktar-milli or scan the QR code.
PDF generated on 04 Feb 2023, 03:55 AM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn