Il-bidliet fix-xejriet tal-mard
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Irish Gaelic (ga)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Is-saħħa hija fundamentali għall-iżvilupp talbniedem u aħna qegħdin dejjem aktar inqisu l-ambjent bħala fattur prinċipali li jiddetermina s-saħħa tal-bniedem. Globalment, is-saħħa tjiebet matul dawn l-aħħar għexieren ta’ snin, bl istess pass mat-titjib fl-istennija tal-għomor. Madankollu, il-piż tal-mard huwa mqassam b’mod irregolari fost il-popolazzjoni, li jvarja, pereżempju, bejn is-sessi u l-istatus soċjali u ekonomiku.
Matul il-50 sena li ġejjin, il-megatrends globali tas-saħħa ser jibqa’ jkollhom rilevanza diretta u indiretta għat-tfassil tal-politika Ewropea, partikolarment billi jinkoraġġixxu l-investiment fit‑tħejjija għall-mard u l-pandemiji emerġenti.
Għaliex ix-xejriet tas-saħħa globali huma importanti għalik?
L-impatti tas-saħħa fuq l-Ewropa jistgħu jkunu diretti. Ir-riskji ta’ espożizzjoni għal mard ġdid, emerġenti u emerġenti mill-ġdid, għal inċidenti u għal pandemiji ġodda jiżdiedu bil-globalizzazzjoni (pereżempju, permezz tal-ivvjaġġar u l-kummerċ), id-dinamika tal‑popolazzjoni (bħall-immigrazzjoni u x-xjuħija) u l-faqar.
Iż-żieda tar-reżistenza għall-antibijotiċi u mediċini oħrajn, u n-negliġenza fit-trattament ta’ ħafna mard tropikali jagħtu wkoll lok għal tħassib fil-pajjiżi żviluppati u f’dawk li qegħdin jiżviluppaw.
It-teknoloġija tista’ taqdi rwol importanti biex tappoġġja t-titjib fis-saħħa. Hija tista’ wkoll tiffaċilita l-monitoraġġ spazjali tax-xejriet tas‑saħħa, billi tippermetti l-identifikazzjoni u l-analiżi tax-xejriet ġeografiċi tal-mard li qabel kienu ġew injorati.
Graff 2: Is-saħħa, il-malarja sal-2050
Il-Plasmodium falciparum hija parassita li tikkawża l-malarja fil-bnedmin. Hija tiġi trasmessa minn nemusa. It-tibdil fil-klima u l-kundizzjonijiet tal-użu tal-art ifissru li n-nemusa tista’ tinxtered lejn żoni ġodda u ġġorr il-malarja magħha. Madankollu, hija tista’ wkoll tmut u tisfaxxa fix-xejn f’żoni eżistenti. Iż-żoni ta’ fejn dehret u ta’ fejn għabet din in nemusa huma kważi indaqs u għandhom kważi l-istess numru ta’ abitanti (madwar 400 miljun f’kull waħda).
Permalinks
- Permalink to this version
- 7181933a56e8066bf88e59a839b246f1
- Permalink to latest version
- 5BY6HSKAF1
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/sinjali/signals-2011/earth-2050-global-megatrend/il-bidliet-fix-xejriet-tal-mard or scan the QR code.
PDF generated on 08 Feb 2023, 03:19 PM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn