Article
Sfidi kumplessi f’dinja interkonnessa
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Irish Gaelic (ga)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Fi kliem sempliċi, dan ifisser li l-kwistjonijiet ambjentali jingħaqdu flimkien u sikwit ikunu biss parti waħda mill-jigsaw puzzle akbar tal-isfidi li qegħdin niffaċċjaw aħna u l-pjaneta tagħna. Il-verità hija li aħna qegħdin ngħixu u niddependu minn dinja interkonnessa ħafna magħmula minn ħafna sistemi distinti iżda relatati — ambjentali, soċjali, ekonomiċi, tekniċi, politiċi, kulturali u l-bqija.
Din l-interkonnettività globali tfisser li ħsara f’element wieħed tista’ tikkawża impatti mhux mistennija fi bnadi oħra. Il-kriżi finanzjarja globali riċenti u l-kaos fl-avjazzjoni kkawżat minn vulkan Islandiż juru kif kollassi f’daqqa f’qasam wieħed jistgħu jaffettwaw is-sistemi kollha.
Din l-interkonnettività spiss issir referenza għaliha bħala ‘globalizzazzjoni’, u mhijiex fenomenu ġdid. Fl-Ewropa, il-globalizzazzjoni tatna ċ-ċans nirnexxu bħala kontinent u nieħdu rwol ekonomiku ewlieni għal żmien twil. Tul it-triq użajna ħafna mir-riżorsi naturali tagħna stess, kif ukoll dawk ta’ nazzjonijiet oħrajn. L-‘impronta’ jew l-impatt tagħna huwa wiesa’ u jestendi lil hinn mill-fruntieri tagħna.
Tabilħaqq, il-forzi ewlenin fil-qalba tal‑globalizzazzjoni mistennija jkollhom influwenza kbira fuq l-Ewropa u fuq l-ambjent tagħna fil-ġejjieni. Ħafna minnhom mhumiex taħt il-kontroll tagħna. Pereżempju, il‑popolazzjoni tad-dinja tista’ taqbeż id‑disa’ biljuni sas‑sena 2050, b’konsegwenzi ambjentali kbar. L-Ażja u l-Afrika x’aktarx li jkunu responsabbli għall‑maġġoranza taż-żieda fil‑popolazzjoni, waqt li madwar 3% biss tat‑tkabbir sejjer ikun fl-aktar pajjiżi żviluppati (l-Ewropa, il-Ġappun, l-Istati Uniti, il-Kanada, l-Awstralja u n-New Zealand).
L-isfidi ambjentali marbuta mal-forzi globali tal-bidla
Hemm firxa ta’ xejriet li qegħdin jiffurmaw u li fl-istess ħin qegħdin jagħtu sura oħra lill‑Ewropa u lid-dinja. Ħafna minn dawn ix-xejriet jaqgħu barra mill-influwenza diretta tal-Ewropa. Aħna nsejħu lil uħud minn dawn ix-xejriet bħala ‘megatrends globali’ minħabba li jolqtu dimensjonijiet soċjali, teknoloġiċi, ekonomiċi, politiċi u saħansitra ambjentali. L-iżviluppi ewlenin jinkludu t-tibdil tal-mudelli demografiċi jew l-aċċellerazzjoni tar-rati tal-urbanizzazzjoni, bidliet teknoloġiċi dejjem aktar mgħaġġlin, l-approfondiment tal-integrazzjoni tas-suq, l-evolviment tal-bidliet fil-poter ekonomiku jew il-klima li qiegħda tinbidel.
Dawn ix-xejriet għandhom implikazzjonijiet kbar ħafna għad-domanda globali għar-riżorsi. L-ibliet qegħdin jinfirxu. Il-konsum qiegħed jiżdied. Id-dinja qiegħda tistenna tkabbir ekonomiku kontinwu. Il-produzzjoni qiegħda timxi lejn ekonomiji emerġenti ġodda, li sejrin jikbru fl‑importanza ekonomika tagħhom. L-atturi mhux statali jistgħu jsiru aktar rilevanti fil‑proċessi politiċi globali. Barra minn hekk, huwa antiċipat tibdil teknoloġiku b’pass mgħaġġel. Din ‘it-tellieqa lejn dak li mhuwiex magħruf’ iġġib magħha riskji ġodda – iżda toffri wkoll opportunitajiet kbar.
L-impatti futuri ta’ dawn il-‘megatrends globali’ fuq l-ambjent tal-Ewropa huwa s-suġġett ta’ taqsima waħda tal-SOER u l-bażi ta’ Signals 2011. Dawn ix-xejriet ewlenin għandhom implikazzjonijiet kbar ħafna għall-ambjent globali tagħna u għall-amministrazzjoni tagħna tar-riżorsi li nsibu fih. Fil-pubblikazzjoni Signals 2011 insibu taqsimiet intitolati ‘Earth 2050 global megatrend’, fejn nagħtu ħarsa lejn xejra ewlenija u nevalwaw l-impatt tagħha fuq l-ambjent tal‑Ewropa fil-ġejjieni.
Aħna ma nistgħux nipprevedu eżattament kif ser tkun tidher jew tħossha d-dinja fl- 2050. Madankollu, ħafna xejriet huma diġà definiti sewwa. It-triq li sejrin jaqbdu minn issa ’l quddiem tiddependi mill-għażliet li nagħmlu issa. F’dak is-sens, il-ġejjieni jinsab f’idejna. Mela ejjew nagħżlu b’mod għaqli. Ulied uliedna u dawk kollha li jgħixu fl-2050 ikollhom tassew għaliex jirringrazzjawna għal dan.
Permalinks
- Permalink to this version
- c4f5bd7f359a3ff23c36b2bc3584c0c3
- Permalink to latest version
- XRH32EPIKA
Geographic coverage
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/sinjali/signals-2011/artikoli/sfidi-kumplessi-f2019dinja-interkonnessa or scan the QR code.
PDF generated on 31 Jan 2023, 11:30 PM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn