Article
L-Isfida tat-Tniġġis
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Irish Gaelic (ga)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
‘Il-ġonna u t-toroq kienu miksija b’madwar 15-il ċm ta’ tajn aħmar. In-nies kienu qegħdin jippruvaw ineħħuh minn djarhom u mill-affarijiet tagħhom bl-ilma u s-sapun. Oħrajn kienu sempliċiment qegħdin jippakkjaw ħwejjiġhom. F’dak il-lejl, jien ippruvajt naħsel il-bwiez tallastku tiegħi biex inneħħi t-tajn iżda ma stajtx. Dak il-kulur aħmar bl-ebda mod ma seta’ jitlaq,’ jgħid Gábor Figeczky, aġent kap tal-Fond Dinji għan-Natura fl-Ungerija.
Fl-4 ta’ Ottubru 2010 seħħ wieħed mill-agħar inċidenti ta’ tixrid tossiku fl-Ewropa ta’ dawn l-aħħar snin qrib il-belt ta’ Ajka fil-Kontea ta’ Veszprem, l-Ungerija, madwar 160 km fil-Lbiċ ta’ Budapest. Bħala konsegwenza tal-waqgħa tad-diga tat-tarf ta’ ġibjun għal impjant li jintuża għall-produzzjoni tal-aluminju, ħareġ ammont kbir ta’ tajn tal-alkalina li għerreq żona wiesgħa li kienet tinkludi tliet villaġġi. Il-konsegwenzi fit-tul tal-avveniment għadhom mhumiex magħrufa (EEA, 2010).
Dan huwa biss eżempju wieħed tal-isfidi li qegħdin niffaċċjaw f’termini tat-tniġġis mill‑attività industrijali. It-tixrid taż-żejt fil-Golf tal-Messiku, li beda f’April 2010, huwa episodju ieħor iddokumentat tajjeb ta’ tniġġis fl-istess sena. Dawn huma eżempji drammatiċi; madankollu, ħafna minna niġu f’kuntatt ma’ xi forma ta’ tniġġis fil-ħajja tagħna ta’ kuljum.
Insawru d-dinja u l-mekkaniżmi tagħha
L-impatti tal-bniedem fuq l-ambjent żdiedu b’mod kostanti. Qabel, l-impatti tagħna kienu primarjament jinħassu lokalment. Madankollu, fl-aħħar ftit deċennji, rajna l-impatti jinfirxu marreġjuni – bħal ngħidu aħna x-xita aċiduża. U issa, it-tibdil fil-klima, pereżempju, qiegħed ikollu impatti global.
It-terminu ‘anthropocene’, ibbażat fuq il-kelma Griega ‘anthropos’ li tfisser ‘bniedem’, beda jintuża biex jiddeskrivi l-era tagħna. Dan minħabba li l-użu tar-riżorsi mill-bniedem u t-taħlita kumplessa ta’ sustanzi li jniġġsu li rriżultat, saru forza dominanti, li ssawwar id‑Dinja u l-mekkaniżmi li jirregolawha.
Bħalna, l-ambjent tagħna huwa vulnerabbli għattniġġis. Ħafna drabi huwa jista’ jassorbi r-riżultati mhux mixtieqa tal-attivitajiet tagħna – it-tniġġis u l-iskart – u maż-żmien ibiddilhom f’sustanzi li ma jagħmlux ħsara. Tabilħaqq, din il-kapaċità li jassorbi u jittrasforma s-sustanzi li jniġġsu hija wieħed mis-servizzi essenzjali li l-ekosistemi f’saħħithom iwettqu għalina. Iżda l-ekosistemi għandhom kapaċità limitata f’dan ir-rigward. Jekk ngħabbuhom iżżejjed inkunu qegħdin nirriskjaw li nagħmlu ħsara lilhom u lill-ispeċijiet li jgħixu fihom — inklużi aħna stess.
Ħarsa aktar mill-qrib lejn tliet sustanzi li jniġġsu
Jekk nikkonċentraw fuq tliet tipi biss ta’ sustanzi li jniġġsu, inkunu nistgħu nieħdu ftit idea talimpatti serji li qed ikollna fuq il-pjaneta tagħna: il-partikuli, in-nitroġenu u l-ożonu fil-livell tal-art. Dawn jixirqilhom attenzjoni partikolari minħabba l-effetti kumplessi u potenzjalment estensivi tagħhom fuq il-funzjonament talekosistema, ir-regolazzjoni tal-klima u s-saħħa tal-bniedem. U huma spiss xprunati mill-istess forzi komuni, pereżempju, l-industrijalizzazzjoni, il-globalizzazzjoni u l-konsum dejjem jiżdied.
L-emissjonijiet ta’ ħafna sustanzi li jniġġsu l-arja naqsu b’mod sostanzjali matul dawn l-aħħar deċennji fl-Ewropa, u l-politika tal-arja hija waħda mill-istejjer ta’ suċċess kbir talisforzi ambjentali tal-UE. B’mod partikolari, din il‑politika naqqset l-emissjonijiet tas-sulfur, li huwa l-komponent prinċipali tax-‘xita aċiduża’, b’mod drammatiku.
Madankollu, aħna qegħdin inkomplu ngħabbu lill-ambjent b’tagħbija dejjem aktar kumplessa ta’ sustanzi li jniġġsu, li l-effetti potenzjali tagħhom fuq is-saħħa pubblika u l-ambjent mhumiex mifhuma tajjeb. Huwa stmat li bejn 70 000 u 100 000 sustanza kimika jinsabu diġà fil‑kummerċ u dan in-numru qiegħed jikber b’pass mgħaġġel. Kważi 5 000 minn dawn is-sustanzi huma prodotti f’volumi kbar, b’aktar minn miljun tunnellata fis-sena.
- Il-materja ta’ partikuli, terminu li jintuża biex jiddeskrivi varjetà ta’ partikuli żgħar ħafna minn sorsi bħad-dħaħen tal-vetturi u ħiters domestiċi, taffettwa l-pulmun. L-espożizzjoni fit-tul u fl-ogħla livell tista’ twassal għal varjetà ta’ effetti fuq is-saħħa, li jvarjaw minn irritazzjoni minuri tas-sistema respiratorja sa mewt qabel iż-żmien.
- It-tniġġis tan-nitroġenu jaffettwa l-kwalità tal-ilma ta’ taħt l-art u jwassal għall‑ewtrofikazzjoni tal-ilma ħelu u l-ekosistemi tal-baħar. Wara l-applikazzjoni tad-demel u l-fertilizzanti fl-art agrikola, in‑nutrijenti żejda jistgħu joħorġu fl-arja jew inixxu bħala nitrat fl‑ilma ta’ taħt l-art jew jiskulaw mal-ilma tal‑wiċċ. Din it-tagħbija ta’ tniġġis tal-ilma ħelu finalment tintrema fl-ibħra kostali, fejn jista’ jkollha konsegwenzi serji.
- Għalkemm jaġixxi bħala saff protettiv fil-għoli fuq id-dinja, l-ożonu (O3) jista’ jagħmel il‑ħsara. It-terminu ‘Ożonu fil-livell tal-art’ jirreferi għall-ożonu fl-arja qrib il-wiċċ tal‑art. Dan ma joħroġx direttament fl-arja iżda jifforma meta jitħalltu flimkien sustanzi oħrajn. L-espożizzjoni għall-ożonu fil-livell tal-art jista’ jkollha implikazzjonijiet serji fuq is-saħħa tan‑nies u tista’ tnaqqas il-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba’. Il-produttività u l-kompożizzjoni tal‑ispeċijiet tal-ħabitats naturali jistgħu jinbidlu, tant li jpoġġu l-bijodiversità f’riskju.
Innovazzjoni: l-eżempju tal-enerġija
‘Qisek sibt labra f’munzell ħuxlief’ huwa kif Ocean Nutrition Canada tiddeskrivi l-iskoperta li għamlet il-kumpanija ta’ mikroorganiżmu moħbi fl-alka li kapaċi jipproduċi ż-żejt tat-tip triacylglycerol — bażi għall-ġenerazzjoni tal-bijofjuwil — b’rata ta’ 60 darba aktar minn tipi oħrajn ta’ alka li kienet tintuża qabel.
Billi jikkonvertu d-dijossidu tal-karbonju u d-dawl tax-xemx f’lipidi (aċidi grassi) u żjut, ċerti tipi ta’ alka jistgħu jiġġeneraw sa 20 darba aktar fjuwil għal kull 3.6. tomniet ta’ art mill-uċuħ tar-raba’ tradizzjonali.
Dan il-proġett huwa biss eżempju wieħed tar-riċerka li qiegħda ssir dwar l-għażliet ġodda tal-karburanti madwar id-dinja. Il-mikroalka b’ċellola waħda fiha żjut simili għaż-żjut veġetali li diġà ntużaw b’suċċess bħala bijofjuwils. Dan iż-żejt tal‑alka jista’ tabilħaqq ikun l-aktar soluzzjoni li tirrispetta l-ambjent disponibbli biex titnaqqas l-impronta tal-karbonju li nħallu warajna kull darba li nsuqu karozza, nixtru frott li jinġieb mill-bogħod jew nivvjaġġaw bl-ajru.
Kuntrarju għall-fjuwils fossili, li jarmu l-karbonju, il-mikroalka tikkonsma d-dijossidu tal-karbonju (CO2) fl-atmosfera hija u tikber. B’riżultat ta’ dan, il-fjuwil tal-alka ma jiżdiedx mal-emissjonijiet netti tal-karbonju.
Barra minn hekk, kuntrarju għal sorsi oħrajn ta’ bijofjuwil bħal qamħirrun, il‑mikroalka ma teħtieġx l-iżvijar tal-art agrikola mill-produzzjoni tal-ikel. Fil‑fatt, skont il-Kunsill Nazzjonali tar-Riċerka tal-Kanada – fuq quddiem nett f’dan il‑qasam tar-riċerka, xenarju ideali jkun li l-mikroalka tiġi kkultivata fl-ilma muniċipali li jintrema, li huwa mimli fertilizzanti bħall-ammonja u l-fosfati. Id-dijossidu tal‑karbonju jista’ jiġi ddevjat mix-xaftijiet ta’ ventilazzjoni industrijali sabiex jiġi pprovdut is-sors tal-karbonju. Ebda sors ieħor ta’ bijofjuwil ma jista’ jitkabbar b’dan il-mod.
Ocean Nutrition Canada hija fil-fatt kumpanija li tipproduċi supplimenti tal-ikel u kienet qiegħda tfittex ingredjenti ġodda meta għamlet l-iskoperta tagħha. Din ir-realtà turi perfettament, kemm il-potenzjal kif ukoll il-kunflitti li ser niffaċċjaw fil‑ġejjieni. Għandna nużaw uċuh tar-raba’/riżorsi biex nitimgħu lilna nfusna jew biex noħolqu l-fjuwil? Nistgħu noħolqu innovazzjonijiet fit-triq tagħna ’l quddiem?
Inżommu għajnejna fuq id-Dinja
Fil-kuntest ta’ din l-isfida dejjem aktar kumplessa tat-tniġġis, l-informazzjoni hija importanti ħafna għal skopijiet xjentifiċi u ta’ tfassil tal‑politika. Madankollu, l-EEA hija impenjata wkoll li tipprovdi aċċess lill-pubbliku ġenerali għal informazzjoni ambjentali rilevanti, f’waqtha u li tista’ tinftiehem. Fi kliem sempliċi, aħna rridu ninvolvu lin-nies fid-djalogu u nagħtuhom is‑setgħa.
Għal ħafna mill-utenti, ovvjament, id-dejta mhux ipproċessata tista’ tkun xi ftit jew wisq mingħajr tifsira. L-għan huwa li din issir aċċessibbli f’formats li jkunu aċċessibbli u rilevanti. B’ħidma flimkien ma’ Microsoft, l-EEA qiegħda timplimenta dawn l-ideat. It-teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni jfissru li – f’post wieħed – issa nistgħu niġbru, norganizzaw u niksbu aċċess għal dejta ta’ tipi differenti minn għadd potenzjalment kbir ta’ sorsi.
Il-pjattaforma ġdida ‘Eye on Earth’ tipprovdi informazzjoni dwar l-ilma tal-għawm lokali u l-kwalità tal-arja, ibbażata fuq dejta qrib il‑ħin reali mill-istazzjonijiet ta’ monitoraġġ u l-immudellar bil-kompjuter. Hija taqleb id-dejta xjentifika pjuttost ‘xotta’ u kumplessa f’format li huwa rilevanti għal u jista’ jinftiehem minn aktar minn 500 miljun ċittadin tal-UE, fl-aħħar millaħħar f’25 lingwa.
Water Watch, pereżempju, tagħti lillutenti aċċess faċli għal informazzjoni dwar il‑klassifikazzjonijiet tal-kwalità tal-ilma miksuba minn 21 000 punt ta’ monitoraġġ f’postijiet tal-għawm f’27 pajjiż Ewropew. Blużu tat‑Teknoloġija Virtwali tal-‘Earth Mapping’ tal‑Microsoft, dawk li jżuru s-sit jistgħu jiffokaw fuq żona magħżula tal-mappa tal-Ewropa online jew, alternattivament, jistgħu jittajpjaw isem ta’ bajja partikolari fil-kaxxa tat-tfittxija.
Eye on Earth tagħti wkoll lill-membri tal‑pubbliku ċ-ċans li jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar il-kwalità tal-bajjiet, tal-ilma u tal-arja, billi jissupplimentaw u jivvalidaw (jew forsi jikkonfutaw) l-informazzjoni uffiċjali. Din il‑komunikazzjoni f’żewġ direzzjonijiet hija pass importanti lejn l-involviment ta’ xulxin u l-għoti tas-setgħa lil xulxin.
Matul is-snin li ġejjin, aħna nittamaw li nkomplu ntejbu s-servizz tagħna, b’tipi ġodda ta’ informazzjoni, li jkunu ġejjin kemm mill‑monitoraġġ xjentifiku kif ukoll minn sorsi oħrajn, inklużi perspettivi lokali jew indiġeni.
- Żur is-sit elettroniku ta’ Eye on Earth fuq: www.eyeonearth.eu
L-Ewropa qiegħda tiġġedded
L-aċċess sigur għar-riżorsi naturali huwa kruċjali għall-Ewropa. Dan huwa partikolarment minnu fil-kuntest tad‑domanda għall-enerġija globali, fejn l-iskarsezza akbar tal-fjuwils fossili tista’ tistimula bidla għal sorsi tal-enerġija li huma disponibbli lokalment.
Bidla għal sorsi tal-enerġija ġodda tista’ taffettwa l-ambjent tal-Ewropa. L-impatti potenzjali jinkludu ż-żieda fit-teħid tal-art għall-bijofjuwils, it-tfixkil tal-ekosistemi permezz ta’ kapaċità ġdida tal-idroenerġija, it-tniġġis mill-ħsejjes u viżwali mit-turbini tar-riħ, u t-tniġġis u l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra mill-esplojtazzjoni taxshale taż-żejt. L-espansjoni tal-kapaċità tal-enerġija nukleari għandha tistimula d-dibattitu pubbliku dwar il-ħażna tal-iskart u r-riskji tas-sigurtà.
Jeħtieġ li nniedu innovazzjonijiet u nsibu niċeċ tas-suq li jnaqqsu l-ħtieġa globali tagħna għall-minerali, il-metalli u l-enerġija, filwaqt li niżviluppaw teknoloġiji u soluzzjonijiet ġodda. Aħna diġà ninsabu fuq quddiem nett fil-qasam tal-enerġija mix‑xemx, mir-riħ u mill-baħar.
Permalinks
- Permalink to this version
- 1421dd93f70556ed9f5d74a0206877c1
- Permalink to latest version
- HCXIRPV1QA
Geographic coverage
Temporal coverage
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/sinjali/signals-2011/artikoli/l-isfida-tat-tniggis or scan the QR code.
PDF generated on 01 Feb 2023, 11:18 PM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn