Article
Konsum b’mod insostenibbli
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Irish Gaelic (ga)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
‘Darba waħda, tard filgħaxija, beda tiela’ d-duħħan fuq ir-razzett tagħna. Ma kinitx xi xena sabiħa. L-irmied beda nieżel bħal borra,’ jgħid Guðni Þorvaldsson, li jmexxi r-razzett tal-familja fin-Nofsinhar tal-Islanda, 8 km biss bogħod millvulkan Eyjafjallajökull. ‘Kellna ndaħħlu n-nagħaġ, il-ħrief u wħud miż‑żwiemel ġewwa. In-nagħaġ kellhom jiġu ċċekkjati kull tliet sigħat minħabba li kien l-istaġun meta jitwieldu l-ħrief. Kollox kien griż. L-akbar biċċiet ta’ rmied kienu ta’ 3 ċm. Jien ħallejt il-marki ta’ saqajja fih bħallikieku kien borra.’
Guðni Þorvaldsson u l-bqija tal-popolazzjoni Islandiża kienu mħejjija b’mod eċċezzjonali għall‑eruzzjoni enormi tal-vulkan Eyjafjallajökull f’Marzu 2010. Sistema ta’ monitoraġġ sofistikata li tuża teknoloġija globali ta’ pożizzjonar bis-satellita tkejjel kontinwament il-vulkani attivi fl-Islanda. Il‑qari taċ-ċifri mill-istrumenti ssuġġerixxa li l-vulkan kien qiegħed jikber fil-għoli tiegħu – sinjal ċar ta’ attività vulkanika ġewwa l-muntanja. Barra minn hekk, kien hemm attivitajiet ta’ monitoraġġ oħrajn li kkonfermaw dan. Ikkombinat ma’ sistema effettiva ta’ informazzjoni pubblika, dan juri kemm tista’ tkun siewja l-informazzjoni ambjentali.
Il-bqija tad-dinja forsi ma kinitx daqshekk imħejjija. L-impatti saru globali fi ftit jiem, l-aktar bħala riżultat tas-sħaba kbira ta’ rmied li fformat u l-impatti tagħha fuq it-traffiku tal-ajru. L-irmied iċċaqlaq f’għoli ta’ bejn 20 000 u 36 000 pied – l-istess firxa ta’ altitudni li jużaw l-ajruplani tal-passiġġieri. L-ispazju tal-ajru fuq l-Ewropa ngħalaq, li wassal biex titjiriet skedati lejn l-Ewropa minn postijiet ’il bogħod, bħal Sydney, kellhom jitħassru. L-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru stmat li l-linji tal-ajru kienu qegħdin jitilfu $200 miljun kuljum fi dħul.
F’din is-sitwazzjoni ġiet affettwata kważi kull industrija li tiddependi fuq it-trasport bl-ajru. Fil‑Kenja, pjanti, fjuri u ħxejjex imkabbra għas‑suq Ewropew tħassru taħt is-sħana qawwija tax‑xemx b’telf ta’ miljuni ta’ Euro. Huwa stmat li matul l-ewwel ftit jiem wara l-eruzzjoni, intremew għaxar miljun fjura, l-aktar ward. Ħxejjex bħal spraġ, brokkli u fażola ħadra ġew mitmugħa lill-baqar minflok sabu ruħhom fuq l-imwejjed tal-ikel Ewropej. Il-provvisti fl-Ewropa tat-tonn frisk mill‑Vjetnam u l-Filippini bdew jonqsu b’ħeffa.
Is-skiet mhux tas soltu fis smewwiet fuq l-Ewropa f’April 2010 serva biex ifakkar fl-ammont kbir ta’ traffiku li normalment ikun hemm fl-ajru. Stejjer dwar fjuri u ħxejjex imħassrin fil-Kenja jfakkruna minn fejn ġejjin uħud mill-fjuri u l-ħxejjex tagħna. Tabilħaqq, l-eruzzjoni wriet b’mod ċar il-konnettività bejn uħud mis-sistemi ewlenin – dawk magħmula mill-bniedem u dawk naturali – li jirfdu s-soċjetà globalizzata tagħna.
L-impronta l-kbira tagħna
L-Impronta Globali (‘Global Footprint’) hija waħda minn għadd ta’ miżuri li jintużaw biex juru d-domandi li l-umanità qiegħda tpoġġi fuq il-pjaneta. L-impronta għandha l-limitazzjonijiet tagħha, iżda hija wkoll kunċett relattivament faċli biex jinftiehem: hija tikkalkula ż-żona ta’ art u ta’ baħar meħtieġa biex tipprovdilna r-riżorsi li nużaw u biex tassorbi l-iskart tagħna.
Fl-2003, l-Impronta Globali tal-Unjoni Ewropea kienet ta’ 2.26 biljun ettaru globali jew 4.7 ettaru globali għal kull persuna. B’kuntrast ma’ dan, iż-żona produttiva totali tal-Ewropa kienet ta’ 1.06 biljun ettaru globali jew 2.2 ettari globali għal kull persuna (WWF, 2007).
Li kieku ċ-ċittadini kollha tad-dinja kellhom jgħixu kif jgħixu l-Ewropej, l-umanità jkollha bżonn aktar minn żewġ pjaneti u nofs sabiex jipprovdu r-riżorsi li nikkonsmaw aħna, biex jassorbu l-iskart tagħna u jifdal ftit spazju għall-ispeċijiet selvaġġi (WWF, 2007).
L-Earth Overshoot Day
L-Earth Overshoot Day jimmarka l-jum filkalendarju meta l-konsum tar-riżorsi ekoloġiċi mill-umanità f’dik is-sena jkun ugwali għal dak li tista’ tipproduċi n-natura fi 12-il xahar. Huwa l-jum meta l-but tal-ħlas kollettiv tagħna jsib il-qiegħ u jkollna nibdew nissellfu mingħand il-pjaneta.
Fl-2010, in-Netwerk tal-Impronta Globali (Global Footprint Network) ikkalkula li sal-21 ta’ Awwissu l-umanità kienet użat dawk is-servizzi ekoloġiċi kollha – mill-filtering tas-CO2 sal-produzzjoni tal-materja prima għall-ikel – li n-natura setgħet tipprovdi b’mod sigur għal dik is-sena kollha. Mill-21 ta’ Awwissu sal-aħħar tas-sena, iddomandi ekoloġiċi tagħna ntlaħqu bl-użu talħażniet tar-riżorsi u l-akkumulazzjoni tal-gassijiet b’effett ta’ serra fl-atmosfera.
Kont taf? Ċittadin medju Ewropew juża madwar erba’ darbiet aktar riżorsi minn wieħed fl-Afrika u tliet darbiet aktar minn wieħed fl-Ażja, iżda nofs ta’ wieħed fl-Istati Uniti, il-Kanada jew l-Awstralja.
Is-sostenn tad-drawwiet tagħna
Kemm l-‘Impronta Globali’ kif ukoll l-‘Earth Overshoot Day’ huma stimi approssimattivi. Iżda aħna nafu fiċ-ċert li d-domanda tagħna għarriżorsi naturali madwar id-dinja żdiedet b’mod tremend matul dawn l-aħħar għexieren ta’ snin. Il-forzi ewlenin kienu ż żieda fil-popolazzjoni, il-ġid u l-konsum. Ħafna mit-tkabbir talpopolazzjoni sar fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, filwaqt li l-ogħla livelli ta’ ġid u konsum jinsabu fil-pajjiżi żviluppati.
Fl-Ewropa aħna qegħdin inżommu d-defiċit ekoloġiku tagħna – id-differenza bejn l-impronta tagħna u l-kapaċità bijoloġika tagħna – billi nimportaw prodotti u servizzi minn barra l-fruntieri tagħna. Aħna nesportaw ukoll parti mill-iskart tagħna. Essenzjalment, qegħdin insiru dejjem aktar inqas awtosuffiċjenti.
Bħala riżultat tat-tkabbir tal-kummerċ globali, sehem dejjem jikber tal-pressjonijiet u l-impatti ambjentali kkawżati mill-konsum fil-pajjiżi tal-UE qegħdin jinħassu fi bnadi oħra. Waqt li parti minn dan iċ ċaqliq isir hija bejn ilpajjiżi tal-UE, parti kbira jseħħ barra mill-UE u ’lil hinn mill-mandat tal-linji politiċi attwali relatati mal-produzzjoni tal-UE. Dan ifisser li aħna qegħdin nesportaw l-impatti tal-konsum tagħna lil pajjiżi fejn il‑politika ambjentali sikwit tkun sottożviluppata – li effettivament tpoġġi l-popolazzjonijiet u l-ambjent lokali taħt pressjoni kbira ħafna.
Id-domanda tagħna qiegħda tikkawża impatti kbar u irriversibbli fuq l-ekosistemi globali: kull sena qegħdin jitqaċċtu 130 000 km² ta’ foresta tropikali. Barra minn hekk, mill-1960, terz tal-art agrikola tad-dinja ġiet abbandunata jew eżawrita bħala riżultat tal-esplojtazzjoni eċċessiva u d-degradazzjoni tal-ħamrija.*
Inkissru ċ-ċiklu
Jeħtieġ li nikkontribwixxu aħjar sabiex nibbilanċjaw il-ħtieġa li nippriservaw il-kapital naturali mal ħtieġa li nużawh biex nistimolaw l-ekonomija. Rispons ewlieni hawnhekk huwa li nżidu l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi tagħna. Meta nirrikonoxxu li, bħalissa, id-domandi tagħna fuq is-sistemi naturali huma insostenibbli, nifhmu li bażikament jeħtieġ li nagħmlu aktar b’inqas riżorsi.
Inkoraġġanti huwa l-fatt li dan huwa qasam fejn l-interessi tas-setturi ambjentali u kummerċjali jidhru li huma allinjati: in-negozji jirnexxu jew jiddgħajfu abbażi tal-abbiltà tagħhom li jieħdu l-valur massimu mill-inputs, bħalma l-preservazzjoni tad-dinja naturali u l-benesseri tal-bniedem tiddependi fuq l abbiltà tagħna li nagħmlu aktar bi fluss limitat ta’ riżorsi.
L-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi hija issa inizjattiva ewlenija fl-UE – element kruċjali tal-istrateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv sal- 2020. L-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi tikkombina l-prinċipji ta’ negozju tajjeb ma’ prattika ambjentali tajba billi tagħmel aktar filwaqt li tnaqqas l-iskart. Dan bħal meta tikkombina dieta aktar tajba għas-saħħa ma’ sistema ta’ eżerċizzji – wara ftit titgħallem li tista’ tgħaddi b’inqas u saħansitra tista’ tibda tħossok aħjar.
* Għal aktar informazzjoni ara l-valutazzjonijiet tematiċi tal-SOER: il-konsum u l-ambjent: www.eea.europa.eu/soer/europe/consumption-and-environment
Il-kapaċità tal-akkwist
Il-konsum tagħna, pereżempju, mill-ikel, is-sewqan jew it-tisħin tad-djar tagħna, iwassal direttament għal pressjonijiet ambjentali. Madankollu, ta’ importanza akbar huma l-pressjonijiet indiretti li qegħdin jinħolqu tul il-ktajjen tal-produzzjoni tal-prodotti u s-servizzi kkonsmati. Dan jista’ jkun ġej mill-impatti mill-minjieri jew mill-ħsad, l-użu tal-ilma għat-tkabbir tal-uċuħ tar-raba’, jew mill-ħsara li ssir fil‑bijodiversità lokali mill-biedja jew it-tniġġis intensivi.
Madankollu, bħala konsumaturi, aħna nistgħu ninfluwenzaw l-impatti ambjentali tagħna, pereżempju billi nixtru ikel u fibri prodotti b’mod sostenibbli.
Madwar id-dinja, il-produzzjoni organika u l-‘biedja ta’ konservazzjoni’ qegħdin jiksbu popolarità u suċċess. L-Inizjattiva ‘Conservation Cotton’ hija biss eżempju wieħed ta’ approċċi sostenibbli għall-produzzjoni li jnaqqsu l-impatti fuq l-ambjenti lokali.
Innovazzjoni: il-ħwejjeġ
L-Inizjattiva ‘Conservation Cotton’
Il-Conservation Cotton Initiative Uganda (CCIU) inħolqot mill kumpanija EDUN imnebbħa minn prinċipji ta’ ġustizzja li tipproduċi l ħwejjeġ. flimkien mal-Wildlife Conservation Society u l Invisible Children sabiex tibni komunitajiet ta’ biedja sostenibbli fl-Uganda.
‘Is-CCIU hija bbażata f’waħda mill-ifqar żoni tal-Uganda, id-Distrett ta’ Gulu, żona li għadha qiegħda tirkupra minn gwerra ċivili, li spustat miljuni ta’ nies minn djarhom. Il-Programm CCIU jgħin lill-bdiewa li jirritornaw lejn arthom billi jipprovdi fondi, għodod u taħriġ bil-għan li jinbena negozju sostenibbli tal-qoton,’ tgħid Bridget Russo, Direttriċi tal-Kummerċjalizzazzjoni Globali fil-kumpanija EDUN.
Il-bdiewa huma mħarrġa biex jestendu l-għelieqi tagħhom billi jkabbru kombinazzjoni ta’ uċuħ tar-raba’ rotazzjonali għall-ikel sabiex ilaħħqu mal-ħtiġijiet bażiċi tal-familji tagħhom, u qoton, prodott tar-raba’ għall-bejgħ li għalih hemm domanda internazzjonali. Bħalissa hemm 3 500 bidwi li qegħdin jibbenifikaw mill- Programm CCIU u hemm pjanijiet biex dawn jiżdiedu għal 8 000 matul it-tliet snin li ġejjin.
Din il-kollaborazzjoni għandha l-għan li ttejjeb l-għajxien tal-komunitajiet fl-Afrika billi tappoġġja lill-bdiewa sabiex jaħsdu l-qoton ta’ konservazzjoni b’mod sostenibbli.
Permalinks
- Permalink to this version
- 21b32eba015340d2d778c74e062b4679
- Permalink to latest version
- MX3JF4HWTZ
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/sinjali/signals-2011/artikoli/konsum-b2019mod-insostenibbli or scan the QR code.
PDF generated on 01 Feb 2023, 09:39 AM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn