Article
Dinja urbana
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Irish Gaelic (ga)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Ninsabu lejn l-aħħar ta’ Settembru u l-aħħar xita monsun laqtet lil New Delhi bis-saħħa. Il-belt kapitali Indjana hija milquta minn sħana kbira – fuq it-30 grad, u umdità. Ix-xita waqfet iżda kullimkien jinsab imfawwar bl-ilma. Barra minn hekk, fil-belt għadha kif ġiet ikkonfermata tifqigħa tad-deni dengue li jinġarr min-nemus.
Magħrufa bħala l-Yamuna Pushta jew ‘Yamuna embankment’, il-komunità illegali fil-Grigal tal‑belt normalment tkun mifruxa għal mili sħaħ fuq il-pjanuri tal-għargħar fuq kull naħa tax‑xmara kbira. Issa, il-pjanuri nnifishom jinsabu mgħarrqa għal kollox. Mewġa kbira ta’ nies diġà ffollaw fuq l-awtostrada hekk kif għexieren ta’ eluf ta’ nies li jgħixu fil-kwartieri tal-foqra qegħdin jabbandunaw l-irħula gabubi u foqra tagħhom tul ix-xmara u qegħdin ifittxu kenn.
Il-komunitajiet jikkampjaw fuq l-awtostrada b’kull ħaġa li jkun għad fadlilhom, ftit passi biss bogħod mit-turrent qalil l-ieħor ta’ Delhi: it-traffiku. Daqsxejn ta’ tarbija żgħira torqod fuq il-konkrit iebes, jarda jew tnejn bogħod mit-triq, imgeżwra f’kutra. Tfajla żgħira tomxot xagħarha twil u skur b’mod metikoluż taħt l-għata magħmula mill-plastik tad-dar tagħha. Persuna oħra tikteb messaġġ fuq it-telefon ċellulari tagħha waqt li timla kontenitur bl-ilma tax-xorb minn trakk tal-ilma.
Grandes tendances mondiales sur le Megatrends globali fil-ġenb tat-triq
Meta naħsbu dwar il-globalizzazzjoni, rari naħsbu dwar il-kwartieri tal-foqra, iżda n-nies ta’ Yamuna Pushta huma parti minn fenomenu globali. Biljuni ta’ nies qegħdin jinġabru fil-bliet u ż-żoni urbani tagħna, u jħallu warajhom l-artijiet u l-ambjenti rurali. Għall-ewwel darba fl-istorja, aktar minn 50 % tal-popolazzjoni tad-dinja qiegħda tgħix f’żoni urbani. Sal-2050, madwar 70 % minna x’aktarx li jkunu qegħdin jgħixu f’żoni urbani, imqabbla ma’ inqas minn 30 % fl‑1950 (UNDESA, 2010).
L-ibliet qegħdin jilħqu wkoll daqsijiet storikament bla preċedenti. In-numru dejjem jikber ta’ bliet kbar ħafna madwar id-dinja qiegħed ipoġġi limitazzjonijiet enormi fuq is-sistemi ta’ appoġġ għar-riżorsi naturali tagħhom. It-tkabbir saħansitra aktar mgħaġġel fl-ibliet żgħar u ta’ daqs medju jista’ jkun saħansitra aktar importanti minn perspettiva ambjentali.
L-ibliet jikkonċentraw fuq l-investiment u l-opportunitajiet tax-xogħol, billi jippromwovu t-tkabbir ekonomiku u ż-żieda fil-produttività. Huma jipprovdu impjiegi bi dħul ogħla, kif ukoll aċċess akbar għal prodotti, servizzi u faċilitajiet, kif ukoll għal titjib fis-saħħa, fil-litteriżmu u fil‑kwalità tal-ħajja. Dawn l-opportunitajiet iħajru lir-residenti rurali biex ifittxu ħajja aħjar u dħul ogħla fiż-żoni urbani.
Madankollu, fin-nuqqas ta’ tmexxija b’saħħitha, it-tkabbir urban rapidu jista’ jikkawża sfidi ambjentali kbar billi jżid kemm il-konsum kif ukoll il-faqar urban.
L-istatistika tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ħabitats tissuġġerixxi li hemm 1.1 biljun ruħ jgħixu fi kwartieri urbani tal-foqra madwar id-dinja. Bil‑popolazzjoni tkompli tiżdied, aktar u aktar nies qegħdin jiċċaqilqu lejn żoni urbani madwar id-dinja u din it-tendenza mistennija tissokta.
Filwaqt li l-maġġoranza tal-popolazzjoni li ssofri minn deprivazzjoni severa għadha qed tgħix f’żoni rurali, hemm ukoll proporzjon kbir u li qiegħed ikompli jikber ta’ nies li qegħdin jgħixu f’żoni urbani, għalkemm huwa maħsub li l-ammont eżatt ta’ dawn in-nies huwa sottovalutat fl-istatistika uffiċjali. Importanti ninnotaw li l-proporzjon tal-foqra li jgħixu f’żoni urbani qiegħed jiżdied b’rata aktar mgħaġġla f’ħafna pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw mir-rata globali ta’ tkabbir tal-popolazzjoni urbana.
Infasslu l-ġejjieni
L-ibliet huma ekosistemi: huma sistemi miftuħa u dinamiċi li jikkonsmaw, jittrasformaw u jirrilaxxaw il-materjali u l-enerġija; huma jiżviluppaw u jadattaw; huma jiġu fformati mill-bnedmin u jinteraġixxu ma’ ekosistemi oħrajn. Għalhekk, huma għandhom jiġu ġestiti bħal kwalunkwe tip ieħor ta’ ekosistema.
Permezz ta’ kunsiderazzjoni mill-ġdid tad-disinn urban, l-arkitettura, it-trasport u l-ippjanar, aħna nistgħu npoġġu l-ibliet u l-pajsaġġi urbani tagħna fuq quddiem nett fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima (eż. it-trasport sostenibbli, l-enerġija nadifa u l-konsum baxx) u l-adattament (eż. djar fuq wiċċ l-ilma, ġonna vertikali). Barra minn hekk, l-ippjanar urban aħjar għandu jtejjeb il-kwalità tal-ħajja għal kulħadd billi jfassal spazju urban kwiet, mingħajr perikli, nadif u li jirrispetta l-ambjent. Huwa joħloq ukoll opportunitajiet ta’ impjiegi ġodda billi jistimola s-suq għal teknoloġiji ġodda u arkitettura ħadra.
Minħabba li fihom konċentrazzjoni ta’ nies u attivitajiet, l-ibliet huma importanti għall-Ewropa u għad-dinja kollha kemm hi. Il-problemi tagħhom ma jistgħux jissolvew fil-livell lokali biss. Hemm bżonn ta’ integrazzjoni aħjar tal‑politika u tmexxija ġdida, li jinvolvu sħubija mill-qrib u koordinazzjoni fil-livell lokali, nazzjonali u Ewropew. Tabilħaqq, politika effettiva u magħquda hija kruċjali fid-dinja interkonnessa li ngħixu fiha.
Permalinks
- Permalink to this version
- b51bd46ec08dde2374e833f3526e0f78
- Permalink to latest version
- E6F29T5P0M
Geographic coverage
Temporal coverage
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/sinjali/signals-2011/artikoli/dinja-urbana or scan the QR code.
PDF generated on 27 Jan 2023, 10:31 PM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn