Artikoli
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Irish Gaelic (ga)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Russian (ru)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Sfidi kumplessi f’dinja interkonnessa
29 Jul 2011Waħda mill-konklużjonijiet prinċipali fir-rapport ewlieni tal-EEA, SOER 2010, tidher pjuttost ovvja: ‘l-isfidi ambjentali huma kumplessi u ma jistgħux jinftiehmu b’mod iżolat’.
1.6 biljun ruħ jiddependu fuq il-foresti għall-għajxien tagħhom. Il-foresti jospitaw 300 miljun ruħ madwar id-dinja kollha.
Ngħixu f’dinja interkonnessa
29 Jul 2011‘…il-piż assolut tal-aspirazzjonijiet u l-istili ta’ ħajja kkombinati ta’ 500 miljun persuna Ewropea huwa kbir wisq. Biex ma nsemmux ix-xewqat leġittimi ta’ ħafna biljuni oħrajn fuq il-pjaneta tagħna biex huma wkoll jgħixu dawk l-istili ta’ ħajja.... Jeħtieġ li nbiddlu l-imġiba tal‑konsumaturi Ewropej. Jeħtieġ li naħdmu fuq l-għarfien tan-nies u ninfluwenzaw id-drawwiet tagħhom.’ Janez Potočnik, Kummissarju tal-Unjoni Ewropea għall-Ambjent (Marzu 2010)
Xhud: it-tifel Chance
29 Jul 2011Bisie hija l-akbar minjiera fiż-żona. Din tinsab madwar 90 kilometru ‘l ġewwa fil-qalba ta’ foresta densa u tilħaq il-100 metru taħt l-art. Il-minjieri ħafna drabi jkunu aktar minn sempliċi toqba fl-art. Għadd ta’ rġiel u subien ikunu ffullati f’kull minjiera u l-kundizzjonijiet ikunu ħżiena ħafna.
Is-saħħa fi klima li qiegħda tinbidel
29 Jul 2011F’Awwissu 2007, l-awtoritajiet tas-saħħa lokali fl-Italja osservaw numru kbir ta’ każijiet ta’ marda mhux tas-soltu f’Castiglione di Cervia u Castiglione di Ravenna, li huma żewġ villaġġi żgħar mifrudin minn xmara. Kienu affettwati kważi 200 ruħ u miet raġel anzjan wieħed (Angelini et al., 2007).
Naqsmu r-rikkezzi tan-natura
29 Jul 2011Minn fost it-8.2 biljun tunnellata ta’ materjali kkonsmati fis-27 pajjiż tal-UE fl-2007, il-minerali kienu jammontaw għal 52 %, il-fjuwils fossili għal 23 %, il-bijomassa għal 21 % u l-metalli għal 4 %. (SOER 2010)
Konsum b’mod insostenibbli
29 Jul 2011Messaġġ ewlieni: Raġuni ewlenija għaliex il-konsum jaffettwa lill‑ambjent b’mod negattiv u jikkawża użu eċċessiv tar-riżorsi hija minħabba li l-ispejjeż għas-soċjetà tad‑degradazzjoni ambjentali u tar‑riżorsi, mhumiex riflessi b’mod sħiħ fil-prezzijiet tal‑prodotti u s-servizzi. Ħafna prodotti huma rħas minkejja li qegħdin jagħmlu ħsara lill-ambjent, lill-ekosistemi jew lis-saħħa tal-bniedem. (SOER 2010)
Dinja urbana
29 Jul 2011Kont taf? Belt taffettwa żona kbira madwar il-konfini tagħha. Pereżempju, huwa maħsub li Londra weħidha teħtieġ żona ta’ kważi 300 darba aktar mid-daqs ġeografiku tagħha biex tissodisfa d-domandi tagħha u biex tiddisponi mill-iskart u l-emissjonijiet tagħha. (SOER 2010)
Permalinks
- Permalink to this version
- a8387008a3e577c3a8314302eace0e4f
- Permalink to latest version
- THDZ78C213
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/sinjali/signals-2011/artikoli or scan the QR code.
PDF generated on 06 Feb 2023, 05:35 PM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn