It-twassil ta’ dejta u għarfien biex jinkisbu l-ambizzjonijiet ambjentali u klimatiċi tal-Ewropa.
Sommarju eżekuttiv
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) għandha l-għan li tappoġġja l-iżvilupp sostenibbli billi tgħin biex jinkiseb titjib sinifikanti u li jista’ jitkejjel fl-ambjent tal-Ewropa, permezz tal-għoti f’waqtu ta’ informazzjoni mmirata, rilevanti u affidabbli lill-aġenti li jfasslu l-politika u lill-pubbliku.
Maltese (MT)
It-titjib tal-kwalità tal-arja fl-Ewropa: L-edizzjoni ta’ din is-sena tipprova tispjega l-istat preżenti tal-kwalità tal-arja fl-Ewropa, kif jiġu ffurmati s-sustanzi li jniġġsu l-arja, minn fejn jiġu, u kif jeffettwaw lil saħħitna u l-ambjent. Tagħti wkoll ħarsa ġenerali lejn il-mod li bih nibnu l-għarfien tagħna dwar l-arja, u kif nittrattaw it-tniġġis tal-arja permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ politiki u miżuri.
Kondiviżjoni tal-informazzjoni ambjentali fl-Ewropa
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
tippubblika Signals kull sena, u fih tagħti
ħarsa lejn il-kwistjonijiet ta’ interess
għad-dibattitu ambjentali u għall-pubbliku
fis-sena li jmiss.
Signals 2012 jgħaqqad flimkien il-kwistjonijiet
ambjentali bħas-sostenibbiltà, l-ekonomija
ekoloġika, l-ilma, l-iskart, l-ikel, il-governanza
u l-qsim tal-għarfien. Huwa mħejji fil-kuntest
tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar
l-Iżvilupp Sostenibbli — Rio 2012.
Signals ta’ din is-sena se jagħtik idea
dwar kif il-konsumaturi, in-negozji u dawk
li jfasslu l-politiki li huma kapaċi jħarsu ‘l
quddiem, jistgħu jagħmlu d-differenza billi
jgħaqqdu għodod teknoloġiċi ġodda — minn
osservazzjonijiet satellitari sa pjattaformi
online. Jissuġġerixxi wkoll soluzzjonijiet
kreattivi u effettivi għall-preservazzjoni
tal-ambjent.
MT
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) tippubblika Signals kull sena u fih tipprovdi stejjer ritratt dwar kwistjonijiet ta’ interess għad-dibattitu dwar il-politika ambjentali u għall pubbliku aktar wiesa’ fis-sena li tkun ġejja.
MT
RIŻORSA ĦAJJA TAL-INFORMAZZJONI DWAR IL-BIJODIVERSITÀ
Signals jeħodna fuq vjaġġ li jsegwi l-mogħdija tal-ilma mill-glaċieri tal-Alpi sal-permafrost tal-Artiku u d-delta tal-Ganġes. Nivvjaġġaw għal postijiet familjari u oħrajn imbegħdin ħafna, u nikkunsidraw kif nistgħu nibnu mill-ġdid ir-relazzjonijiet tagħna mal-elementi kruċjali tal-ħajja ta’ kuljum: l-ilma, il-ħamrija, l-arja u l-annimali u l-pjanti li jsawru t-tiżwiq tal-ħajja fid-Dinja.
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn