Press Release
Logħba tal-kompjuter b'xejn dwar l-ambjent f'26 lingwa
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Komunikat stampa
25 ta' Awwissu 2005
Logħba tal-kompjuter b'xejn dwar l-ambjent f'26 lingwa
Dawk li jiddelettaw bil-logħob tal-kompjuter madwar l-Ewropea kollha issa jistgħu jilgħabu logħba tal-kompjuter u jitgħallmu dwar l-ambjent fl-istess ħin. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent f'Kopenhagen nidiet il-logħba tal-kompjuter Honoloko f'26 lingwa. Il-logħba hija disponibbli għall-użu b'xejn fuq l-internet.
Honoloko hija ddisinjata bħala logħba tal-bord. Filwaqt li min jilgħab ikun qed jimraħ fuq gżira, dan jiġi mistoqsi kontinwament mistoqsijiet li jikkonċernaw l-imġieba ambjentali tiegħu jew tagħha. Jintrebħu punti skond l-għażliet ta' min jilgħab. Il-logħba hija mmirata għal firxa ta' età bejn 8 u 12 -il sena. L-għan huwa sabiex titqajjem kuxjenza u sabiex jiġi mħeġġeġ tibdil fl-imġieba. Aktar kmieni din is-sena l-EEA nidiet Żona għat-Tfal multilingwa b'informazzjoni dwar l-ambjent fuq is-sît web tagħha.
"Minbarra l-introduzzjoni ta' din il-logħba għalina nfusna, qed nofruha wkoll lil korpi ambjentalisti u organizzazzjonijiet li jixtiequ jintegrawha bħala parti mis-sît web tagħhom", stqarriet id-Direttur Eżekuttiv ta' l-EEA il-Professur Jacqueline McGlade. "Nixtiequ li fuq terminu twil, Honoloko jispira lil min jiżviluppa logħob b'mod privat sabiex jintegraw suġġetti dwar l-ambjent fil-logħob tal-kompjuter kummerċjali tagħhom".
Il-logħba Honoloko hija disponibbli fl-ilsna uffiċjali ta' l-UE kif ukoll bil-Bulgaru, Islandiż, Norveġiż, Rumen, Russu u Tork. Ġiet żviluppata konġuntament mill-Uffiċċju Reġjonali għall-Ewropa ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u l-Aġenżija Ewropea għall-Ambjent.
L-idea kemm tal-logħba kif ukoll taż-Żona tat-Tfal, il-Kids-Zone fuq is-sît web huwa sabiex juri illi hemm relazzjonijiet bejn l-ambjent u s-saħħa, b'mod speċjali għat-tfal. Din turi wkoll kemm tibdil fil-komportament individwali, anke dawk żgħar jista' jkollu impatt kbir fuq il-livell Ewropew.
Il-fattur ċentrali taż-Żona tat-Tfal, il-Kids' Zone huwa l-Aġent għall-Ambjent, l-Eco-Agent. Il-viżitatur huwa mistieden sabiex isir Eco-Agent. Imbagħad dawn jiġu mibgħuta fuq missjonijiet fl-oqsma tal-: kimiċi, trasport, ilma, arja u tibdil tal-klima. Min iżur il-Kid's Zone jibda bħala aġent-apprendist u għandu jiġbor tagħrif u jgħaddi eżamijiet sabiex isir Aġent għall-Ambjent, Eco-Agent sħiħ. Imbagħad jistgħu jikkomparaw lilhom infushom ma' aġenti oħrajn. L-aġent jista' jgħaddi eżamijiet sabiex jgħolli/tgħolli r-riżultat tiegħu/tagħha - kif kumparat ma' l-Aġenti għall-Ambjent, l-Eco-Agents l-oħrajn.
Żur il-Honoloko fuq http://www.honoloko.com u ż-Żona tat-Tfal, il-Kids' Zone tas-sît web ta' l-EEA fuq: http://ecoagents.eea.europa.eu.
About the EEA
The European Environment Agency is the leading public body in Europe dedicated to providing sound, independent information on the environment to policy-makers and the public. Operational in Copenhagen since 1994, the EEA is the hub of the European environment information and observation network (Eionet), a network of around 300 bodies across Europe through which it collects and disseminates environment-related data and information. An EU body, the Agency is open to all nations that share its objectives. It currently has 31 member countries: the 25 EU Member States, three EU candidate countries - Bulgaria, Romania and Turkey - and Iceland, Liechtenstein and Norway. A membership agreement has been initialled with Switzerland. The West Balkan states - Albania, Bosnia and Herzegovina, Croatia, the former Yugoslav Republic of Macedonia, and Serbia and Montenegro - have applied for membership of the Agency.
Permalinks
- Permalink to this version
- 69e5e37fb74c77a3591b26f7344c1008
- Permalink to latest version
- KC4BY8516N
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/pressroom/newsreleases/honoloko-multilingual-mt or scan the QR code.
PDF generated on 01 Feb 2023, 11:44 PM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn