Espansjoni urbana mingħajr kontroll – sfida ambjentali injorata fl-Ewropa

Biddel il-lingwa
Press Release Ippubblikat 22 Nov 2006 Mibdul l-aħħar 03 Jun 2016
Tinħtieġ politika ta’ l-UE sabiex tmexxi ppjanar urban effettiv

Rapport ġdid maħruġ illum mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) ġewwa Kopenħagen jgħid li l-espansjoni urbana mingħajr kontroll (urban sprawl) li qed iseħħ b’mod kontinwu u b’rata mgħaġġla qed titfa’ l-bilanċ ambjentali, soċjali u ekonomiku ta’ l-Ewropa taħt periklu. 

Ir-rapport, ‘Urban sprawl in Europe – the ignored challenge’, (‘Espansjoni urbana mingħajr kontroll fl-Ewropa – l-isfida injorata’) juri li ħafna mill-problemi ambjentali ġewwa l-Ewropa huma kkawżati minn żoni urbani li qed jikbru b’rata mgħaġġla. L-ekonomija globali, netwerks ta’ trasport li jaqsmu l-fruntieri, tibdil fuq skala kbira fil-qasam soċjali, ekonomiku u demografiku u differenzi fil-liġijiet nazzjonali għall-ippjanar huma xi wħud mill-fatturi ewlenin li qed joħolqu bidla fl-ambjent urban. Ir-rapport jgħid li hija meħtieġa politika ta’ l-UE sabiex tikkoordina u tikkontrolla l-ippjanar meħtieġ,

L-espansjoni urbana mingħajr kontroll iseħħ meta r-rata ta’ konverżjoni ta’ l-użu ta’ l-art taqbeż ir-rata ta’ tkabbir tal-popolazzjoni. Skond dan ir-rapport, iktar minn kwart tat-terrritorju ta’ l-Unjoni Ewropea diġà ġie urbanizzat. L-Ewropej qed jgħixu iktar fit-tul u ħafna jgħixu waħedhom u dan qed jitfa’ dejjem iktar pressjoni fuq l-ispazji fejn nistgħu ngħixu. Qed nivvjaġġaw dejjem iktar il-bogħod u qed nikkunsmaw dejjem iktar. Bejn il-1999 u s-sena 2000, iktar minn 800 000 ettaru ta’ art fl-Ewropa ġie mibni. Din hija żona li hija tliet darbiet id-daqs tal-Lussemburgu. Jekk din it-tendenza tkompli, iż-żoni urbana tagħna se jirduppjaw fi ftit iktar minn seklu żmien. 

Espansjoni mingħajr kontroll ta’ l-ibliet titlob iktar fornimenti ta’ enerġija, teħtieġ aktar infrastruttura għat-trasport u tieħu meddiet kbar ta’ art. Dan jagħmel ħsara għall-ambjent naturali u jżid l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra. Fost il konsegwenzi hemm il-bidla fil-klima, tniġġiż akbar ta’ l-arja u tniġġiż bl-istorbju. Dan kollu jirriżulta f’impatt dirett fuq il-kwalità tal-ħajja tan-nies li jgħixu fi u madwar l-ibliet.  

“L-espansjoni urbana mingħajr kontroll tirrifletti stili ta’ ħajja u mudelli ta’ konsum li qed jinbidlu iktar milli popolazzjoni li qed tespandi. Eżigenzi dejjem  jiżdiedu fil-qasam tal-bini tad-djar, ikel, transport u turiżmu kollha jeħtieġu l-art. Art agrikola li tinsab madwar l-ibliet hija ħafna mid-drabi  relativament rħisa u dan qed jiffaċilita espansjoni mingħajr kontroll fil-kuntest tal-forzi ta’ pressjoni hawn fuq imsemmija”, qalet il-Professura Jacqueline McGlade, Direttur Eżekuttiv ta’ l-EEA. 

“Il-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni ta’ l-UE huma fatturi ewlenin li qed jaffetwaw is-soċjetajiet Ewropej, imma huma wkoll l-kawżi maġġuri ta’ espansjoni urbana mingħajr kontroll madwar l-Ewropa. L-impatt ta’ l-għoti ta’ fondi huwa partikolarment relevanti hekk kif l-UE u l-Istati Membri qed jiddiskutu dwar kif qed jippjanaw li jonfqu l-baġit li jmiss ta’ l-UE. L-Istati Membri l-ġodda, b’mod partikolari, se jaraw tibdiliet kbar. Dawn għandhom jiġu provduti b’linji gwida sabiex jgħinuhom jevitaw ir-riskji ambjentali kkawżati minn tali injezzjoni ta’ fondi,” qalet il-Professura McGlade. 

Ir-rapport jinkludi fih studji ta’ każijiet minn sebat ibliet madwar l-Ewropa li juri kemm l-approċċi tajbin kif ukoll dawk ħżiena fil-qasam ta’ l-ippjanar urban matul dawn l-aħħar 50 sena. Madankollu, ir-rapport jisħaq ukoll fuq il-fatt li l-espansjoni urbana mhux xi fenomenu lokalizzat u qed taffetwa kważi l-ibliet kollha Ewropej. Ir-rapport iressaq suġġerimenti għal azzjonijiet u linji politiċi għal futur li jkunu jistgħu jittrattaw din l-espansjoni kontinwa u mingħajr kontroll.

Noti għall-editur:

Informazzjoni ta’ sfond dwar ir-rapport
Dan ir-rapport ġie mħejji mill-EEA u miċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea. 

Sabiex taċċedi għal dan ir-rapprt jekk jogħġbok segwi din il-link: Urban sprawl in Europe – the ignored challenge

EEA Briefing 4/2006 - Espansjoni urbana mhux ikkontrollata fl-Ewropa

Dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA):

L-EEA hija bbażata ġewwa Kopenħagen. L-Aġenzija għandha l-għan sabiex tikseb titjib sinnifikanti u li jista’ jitkejjel fil-qasam ta’ l-ambjent Ewropew permezz tal-provvista ta’ informazzjoni f’waqtha, immirata, relevanti u ta’ min joqgħod fuqha lil dawk responsabbli mit-tfassil tal-politika fl-Ewropa u lil pubbliku.

Kuntatti:

Brendan Killeen
Uffiċjal ta’ l-Istampa
Telefon:     +45 33 36 72 69
Mobajl: +45 23 68 36 71
E-mail: brendan.killeen@eea.europa.eu

Marion Hannerup
Kap tal-Komunikazzjoni u Affarijiet Korporattivi
Telefon:     +45 33 36 71 60
Mobajl: +45 51 33 22 43
E-mail: marion.hannerup@eea.europa.eu

Dokument ta’ Azzjonijiet
Help us build a better climate and energy portal

We are looking at ways to keep you informed about the most important data and developments about climate and energy in the EU.

Help us by taking this survey!

Abbonamenti
${inkiteb} biex tirċievi r-rapporti tagħna (stampati jew/u f’forma elettronika) u n-newsletter elettronika ta’ kull tliet xhur.
Segwina
 
 
 
 
 
Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Kongens Nytorv 6
1050 Kopenħagen K
id-Danimarka
Telefown: +45 3336 7100