News
Xi tfisser in-natura għalik? Tnediet il-kompetizzjoni tar-ritratti NATURE@work
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Irish Gaelic (ga)
- Croatian (hr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Il-kompetizzjoni tal-fotografija annwali ta’ l-EEA timmira li tħeġġeġ lill-Ewropej biex isiru iktar konxji ta' kwistjonijiet ambjentali u l-kompetizzjoni ta' dis-sena tiffoka fuq ix-xogħol tan-natura. Kont taf li l-ispazji ħodor fil-bliet u madwarhom jgħinu fil-protezzjoni ta' djarna mill-għargħar billi jassorbu l-ilma żejjed ta’ l-għargħar, jew li s-siġar u l-parks urbani jgħinu biex ibaxxu t-temperaturi fiż-żoni urbani waqt mewġiet ta' sħana? Bil-ġmiel intrinsiku u r-rikkezza tad-diversità, in-natura hija wkoll sors ta' ispirazzjoni mhux biss għall-arti iżda wkoll għad-disinn ta' magni, djar u ħafna soluzzjonijiet innovattivi.
L-Unjoni Ewropea ilha impenjata fil-protezzjoni tan-natura u l-bijodiversità mis-sebgħinijiet. Dis-sena qed infakkru l-25 anniversarju ta’ l-adozzjoni ta' waħda mil-liġijiet ewlenin tal-protezzjoni tan-natura fl-UE, id-Direttiva ta’ l-Habitats. B'din il-leġiżlazzjoni, l-UE bniet l-ikbar netwerk ta' koordinazzjoni ta' żoni ta' protezzjoni fid-dinja permezz ta' Natura 2000, li tkopri 18% ta’ l-art ta’ l-UE u iktar minn 6% tat-territorji marittimi tagħha. Dawn l-isforzi huma appoġġjati minn LIFE, l-istrument finanzjarju tal-UE għall-ambjent, il-konservazzjoni tan-natura u l-proġetti ta' azzjoni dwar il-klima. L-UE hija attiva wkoll fis-sejbien ta' soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura li jappoġjaw it-tkabbir ekonomiku, joħolqu x-xogħol u jtejbu l-benesseri tagħna.
Il-kompetizzjoni tal-fotografija ‘NATURE@work’ hija miftuħa għaċ-ċittadini Ewropej kollha minn 18-il sena 'l fuq u tistedinhom jissottomettu ritratti dwar kwalunkwe waħda minn dawn it-tliet temi:
- NATUREprovides (In-Natura tipprovdi): Tista' tieħu ritratt tal-benefiċċji li n-natura tipprovidilek u li inti tapprezza l-aktar?
- NATUREprotects (In-Natura tipproteġi): Qatt innutajt kif in-natura madwarek - fil-kampanja, fil-belt jew raħal tiegħek, tipproteġik?
- NATUREinspires (In-Natura tispira): Tista' tara xi ħaġa madwarek li ġiet ispirata min-natura?
Ir-rebbieħa f'kull kategorija t'hawn fuq ser jingħataw premju fi flus. Ir-ritratti kollha jistgħu jiġu murija mill-EEA u s-sħab tagħha fl-Ewropa kollha. Tista' tissottometti r-ritratti tiegħek sal-15 ta' Awwissu.
Għal aktar informazzjoni dwar kif tieħu sehem u r-regoli ta' kompetizzjoni (www.eea.europa.eu/competition)
Ir-rebbieħa tas-sena l-oħra tal-kompetizzjoni tal-fotografija ‘My City’ (http://www.eea.europa.eu/highlights/milan-uhersky-brod-nicosia-take)
Permalinks
- Permalink to this version
- 4b41d6da6c9642d8b4ddcccb74544b7c
- Permalink to latest version
- SKH29YDUGI
Geographic coverage
Temporal coverage
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/highlights/xi-tfisser-in-natura-ghalik or scan the QR code.
PDF generated on 01 Feb 2023, 10:39 PM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn