li jmiss
preċedenti
punti

News

REDISCOVER Nature għall-kompetizzjoni tal-fotografija tal-EEA ta’ din is-sena

Biddel il-lingwa
News Ippubblikat 09 Jun 2020 Mibdul l-aħħar 26 Jun 2020
2 min read
Photo: © William Richardson, NATURE@work /EEA
Irrispettivament minn fejn ninsabu, ilkoll kemm aħna nistgħu napprezzaw il-meravilji tan-natura, issa probabbilment aktar minn qatt qabel. Il-kompetizzjoni tal-fotografija tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) ta’ din is-sena “REDISCOVER Nature”, li tiftaħ illum, tistiednek taqbad u tikkondividi r-rabta tiegħek man-natura u l-ambjent ta’ madwarek.

REDISCOVER Nature hija sejħa għalina lkoll biex inħarsu madwarna u nħallu lilna nfusna nistagħġbu bin-natura u l-meravilji tagħha. Irrispettivament minn jekk intix tiskopri mill-ġdid l-ambjent ta’ madwarna waqt mixja twila f’mogħdija lokali jew fil-ġnien ta’ wara darek — kun kurjuż u ħu l-ħin tiegħek biex tosserva partijiet min-natura li ma nnutajtx qabel.

L-EEA torganizza kompetizzjoni tal-fotografija kull sena biex tqajjem sensibilizzazzjoni dwar tema ambjentali. Biex tipparteċipa, sempliċement ibgħatilna l-aqwa ritratti tiegħek sat-30 ta’ Settembru 2020 li jkunu jagħmlu parti minn waħda minn dawn it-tliet kategoriji:

1. Ritratti mill-viċin tan-natura

Iżżumja ’l ġewwa u sib is-sbuħija tan-natura fid-dettalji l-aktar ċkejkna, mill-istruttura bijoloġika kumplessa ta’ fjura emerġenti għall-kompożizzjoni tal-ħamrija jew id-dettalji tal-ġilda ta’ rettili. In-natura qed issejjaħlek biex tħares aktar mill-viċin u taċċessa l-mikrounivers li dejjem jinbidel. Tista’ tara l-forom, il-linji, id-disinni, is-sawra u l-kuluri maġiċi?

2. In-natura fuq l-għatba tiegħi

L-esplorazzjoni tan-natura mhux bilfors tfisser li wieħed imur f’mogħdija qalb il-muntanji jew jikkampja f’żoni remoti. Tista’ sempliċement toħroġ mill-bieb ta’ wara d-dar tiegħek u tara n-natura tieħu l-ħajja eżatt quddiemek. Mill-osservazzjoni tal-għasafar f’park fil-qrib għall-osservazzjoni tat-talba tan-natura għall-istrutturi urbani, il-meravilji tan-natura jinsabu kullimkien. Ħares madwarek… Tista’ taqbad il-preżenza tan-natura madwarek f’ritratt?

3. Iżżumja ’l barra fuq in-natura

Żomm pass lura u gawdi n-natura fil-pajsaġġi li jinsabu madwarek. Ħares lejn il-mewġ jolqot kosta ħarxa, l-irħula mbiegħda mifruxa tul il-kampanja, iċ-ċerva tiġġerra fil-foresta, jew il-persuni li jaħdmu fl-għelieqi. Forsi titla’ fil-għoli u tara l-pajsaġġ minn hemm fuq. Tista’ taqbad il-pajsaġġi bla tmiem tad-dinja, sew jekk intatti, sew jekk iffurmati mill-attivitajiet tal-bniedem f’ritratt?

Informazzjoni dwar il-kompetizzjoni

Il-kompetizzjoni hija miftuħa għaċ-ċittadini tas-27 Stat Membru tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Iżvizzera, it-Turkija, il-Maċedonja ta’ Fuq, l-Albanija, il-Kosovo, il-Montenegro, is-Serbja, il-Bosnja-Ħerzegovina, u r-Renju Unit. Il-parteċipanti kollha għandu jkollhom 18-il sena jew aktar. Aqra aktar dwar ir-regoli tal-kompetizzjoni u kif tipparteċipa fil-paġna tal-kompetizzjoni ‘REDISCOVER Nature’.

Ir-rebbieħa fit-tliet kategoriji tal-kompetizzjoni se jirċievu premju fi flus ta’ EUR 1 000 kull wieħed. L-EEA se tagħti wkoll Premju Speċjali għaż-Żgħażagħ għall-aħjar ritratt mibgħut minn żagħżugħ/a. Premju ta’ Għażla Pubblika se jintgħażel fost il-finalisti kollha permezz ta’ votazzjoni online.

L-EEA se tħabbar ir-rebbieħa f’Novembru 2020.

*This designation is without prejudice to positions on status, and is in line with UNSCR 1244 and the ICJ Opinion on the Kosovo Declaration of Independence.

Permalinks

Geographic coverage

Temporal coverage

Tags

Dokument ta’ Azzjonijiet