News
Kompetizzjoni tal-fotografija: Ibgħatilna l-aħjar ritratti tiegħek tal-ilma
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Croatian (hr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
L-ilma jinsab kullimkien - mill-iżgħar ċelloli f’ġisimna sal-oċeani vasti - u l-persuni, l-annimali u l-pjanti kollha jiddependu fuq l-ilma. Il-kompetizzjoni tal-fotografija WaterPIX tal-EEA għandha l-għan li titfa’ l-attenzjoni fuq l-ilma bħala riżors vitali għall-ħajja kollha fid-Dinja.
Tista’ turi l-ilma, l-użijiet tiegħu u xi jfisser għall-ħajja f’bosta modi differenti. Uża l-kreattività tiegħek u ibgħatilna l-aħjar ritratti tiegħek sal-15 ta’ Awwissu 2018. Tista’ tissottometti r-ritratti fi tliet kategoriji ta’ kompetizzjoni:
1. L-ilma u aħna
Nixorbuh, ninħaslu fih u nsajru bih. L-għargħar jew in-nixfa jistgħu jaffettwaw bliet sħaħ. Xi jfisser l-ilma għalik?
2. L-ilma u n-natura
Ix-xmajjar, il-lagi u l-ibħra mhux biss isostnu l-ħajja fuq l-art iżda huma wkoll il-post fejn jgħixu ħafna annimali u pjanti. L-oċeani għandhom rwol prinċipali fl-iżgurar ta’ klima stabbli għall-pjaneta. Tista’ taqbad f’ritratt il-benefiċċji viżibbli u inviżibbli li l-ilma jipprovdi? L-ilma nadif jinsab mhedded?
3. L-ilma u l-ekonomija
L-ilma huwa essenzjali għall-produzzjoni tal-ikel, l-elettriku u bosta prodotti. Ix-xmajjar u l-ibħra huma rotot maġġuri tal-kummerċ, li jgħaqqdu pajjiżi u kulturi. X’inhi l-importanza tal-ilma għall-ekonomiji tagħna? U min-naħa tagħha l-ekonomija kif taffettwa l-ilma?
Ir-rebbieħa f’kull kategorija ta’ kompetizzjoni se jirċievu premju fi flus ta’ EUR 1000. L-EEA se tagħti wkoll Premju taż-Żgħażagħ speċjali għall-aħjar ritratt sottomess minn żagħżugħ(a) ta’ bejn it-18-il sena u l-24 sena u Premju tal-Għażla Pubblika jintgħażel minn fost ir-ritratti finalisti kollha permezz ta’ votazzjoni online miftuħa.
Il-kompetizzjoni hija miftuħa għaċ-ċittadini tal-pajjiżi membri tal-EEA u pajjiżi mill-Balkani tal-Punent li jkunu qed jikkooperaw. Il-parteċipanti kollha għandu jkollhom 18-il sena jew aktar. Aqra aktar dwar ir-regoli tal-kompetizzjoni u kif tipparteċipa fuq il-paġna tal-kompetizzjoni WaterPIX.
L-EEA se tħabbar r-rebbieħa kollha fl-aħħar ta’ Ottubru 2018.
Permalinks
- Permalink to this version
- dba830c9c8d8431a876726a68825254d
- Permalink to latest version
- CNHZY5E6P7
Geographic coverage
Temporal coverage
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/highlights/kompetizzjoni-tal-fotografija-ibghatilna-l or scan the QR code.
PDF generated on 26 Jan 2021, 02:39 PM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn