News
It-titjib tal-kwalità tal-arja fil-bliet Ewropej ser iwassal għal benefiċċji kbar tas-saħħa
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Croatian (hr)
- Hungarian (hu)
- Icelandic (is)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Norwegian (no)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
- Turkish (tr)
Bħala soċjetà, m'għandniex naċċettaw l-ispiża tat-tniġġis tal-arja. B'deċiżjonijiet kuraġġużi u investimenti intelliġenti fit-trasport, fl-enerġija u fl-agrikoltura aktar nodfa, nistgħu nindirizzaw kemm it-tniġġis kif ukoll intejbu l-kwalità tal-ħajja tagħna. Huwa inkoraġġanti meta naraw li ħafna gvernijiet Ewropej, u b'mod partikolari l-ibliet, qed jieħdu l-inizjattiva fil-protezzjoni tas-saħħa tan-nies billi jtejbu l-kwalità tal-arja. L-arja nadifa hija ta' kulħadd, inklużi n-nies li jgħixu fl-ibliet.
Hans Bruyninckx, Direttur Eżekuttiv ta’ l-EEA
"Il-kwalità tal-arja fl-Ewropa — Rapport 2017" tal-EEA jippreżenta analiżi aġġornata tal-kwalità tal-arja u l-impatti tagħha, abbażi ta' data uffiċjali minn aktar minn 2 500 stazzjon ta' monitoraġġ fl-Ewropa kollha fl-2015. Ir-rapport tnieda mill-EEA matul il-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet 2017.
Id-data turi li l-kwalità tal-arja fl-Ewropa qed titjieb bil-mod, bis-saħħa ta' politiki u żviluppi teknoloġiċi tal-passat u tal-preżent. Madankollu, konċentrazzjonijiet għoljin ta' tniġġis tal-arja għad għandhom impatti sinifikanti fuq is-saħħa tal-Ewropej, fejn il-materja partikolata (PM), id-diossidu tan-nitroġenu (NO2) u l-ożonu troposferiku (O3) jikkawżaw l-akbar ħsara.
Skont ir-rapport, konċentrazzjonijiet ta' PM2.5 kienu responsabbli għal madwar 428 000 mewta prematura f'41 pajjiż Ewropew fl-2014, li madwar 399 000 minnhom kienu fl-UE-28. Il-kwalità ħażina tal-arja tħalli wkoll impatti ekonomiċi konsiderevoli, fejn iżżid l-ispejjeż mediċi, tnaqqas il-produttività tal-ħaddiema u tagħmel ħsara lill-ħamrija, l-għelejjel, il-foresti, il-lagi u x-xmajjar.
"Bħala soċjetà, m'għandniex naċċettaw l-ispiża tat-tniġġis tal-arja. B'deċiżjonijiet kuraġġużi u investimenti intelliġenti fit-trasport, fl-enerġija u fl-agrikoltura aktar nodfa, nistgħu nindirizzaw kemm it-tniġġis kif ukoll intejbu l-kwalità tal-ħajja tagħna”, qal Hans Bruyninckx, id-Direttur Eżekuttiv tal-EEA. "Huwa inkoraġġanti meta naraw li ħafna gvernijiet Ewropej, u b'mod partikolari l-ibliet, qed jieħdu l-inizjattiva fil-protezzjoni tas-saħħa tan-nies billi jtejbu l-kwalità tal-arja. L-arja nadifa hija ta' kulħadd, inklużi n-nies li jgħixu fl-ibliet."
“Ir-rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (l-EEA) juri li l-kwalità ħażina tal-arja qed ikompli jkollha impatti sinifikanti fuq is-saħħa. Il-Kummissjoni Ewropea hija impenjata biex tindirizza din il-kwistjoni u biex tgħin lill-Istati Membri jiżguraw li l-kwalità tal-arja taċ-ċittadini tagħhom tkun tal-ogħla standard”, stqarr Karmenu Vella, il-Kummissarju tal-UE għall-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd.
Ir-rapport ta' din is-sena jiffoka b'mod speċjali fuq l-agrikoltura, li hi emittent importanti ta' sustanzi li jniġġsu fl-arja u ta' gassijiet serra. Ir-rapport jinnota li hemm disponibbli firxa wiesgħa ta' azzjonijiet, inklużi miżuri teknikament u ekonomikament vijabbli, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-agrikoltura iżda għad iridu jiġu adottati fuq l-iskala u fl-intensità meħtieġa.
(1) Il-popolazzjoni urbana tal-UE esposta għal livelli ta’ ħsara ta' konċentrazzjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu fl-arja fl-2013-2015, skont:
(2) Valuri tal-limitu/mira tal-UE
(3) Linji gwida tad-WHO
Sejbiet ewlenin
- Materja partikolata: Fl-2015, 7 % tal-popolazzjoni urbana tal-UE-28 kienet esposta għal livelli ta' PM2.5 li jaqbżu l-valur tal-limitu annwali tal-UE. Madwar 82 % kienu esposti għal livelli li jaqbżu l-linji gwida aktar stretti tad-WHO. Fl-2014, l-esponiment għal PM2.5 ikkawża l-mewt prematura ta' madwar 428 000 persuna f'41 pajjiż Ewropew.
- Diossidu tan-nitroġenu: Fl-2015, 9 % tal-popolazzjoni urbana tal-UE-28 kienet esposta għal livelli ta' NO2 li jaqbżu l-valur tal-limitu annwali tal-UE u l-linji gwida tad-WHO. Fl-2014, l-esponiment għal NO2 ikkawża l-mewt prematura ta' madwar 78 000 persuna f'41 pajjiż Ewropew.
- Ożonu troposferiku: Fl-2015, 30 % tal-popolazzjoni urbana tal-UE-28 kienet esposta għal livelli ta' O3 li jaqbżu l-valur tal-mira tal-UE. Madwar 95 % kienu esposti għal livelli li jaqbżu l-linji gwida aktar stretti tad-WHO. Fl-2014, l-esponiment għal O3 ikkawża l-mewt prematura ta' madwar 14 400 persuna f'41 pajjiż Ewropew.
Informazzjoni ta' sfond dwar l-istimi tas-saħħa
L-impatti tas-saħħa stmati f'dan ir-rapport huma dawk attribwibbli għall-esponiment għal PM2.5, NO2 u O3 fl-Ewropa fl-2014. Dawn l-istimi huma bbażati fuq informazzjoni dwar it-tniġġis tal-arja, data demografika u r-relazzjoni bejn l-esponiment għal konċentrazzjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu u bejn riżultati tas-saħħa speċifikati.
L-imwiet prematuri jiġu ddefiniti bħala mwiet li jseħħu qabel persuna tilħaq età mistennija. Din l-età mistennija hi tipikament l-età tal-istennija tal-għomor standard għal pajjiż u għal sess. L-imwiet prematuri jitqiesu li jkunu jistgħu jiġu evitati jekk il-kawża tagħhom tkun tista' tiġi eliminata.
Permalinks
- Permalink to this version
- b0ff51a2e8b449568e1fd695658796db
- Permalink to latest version
- 0R7XQZBT6E
Geographic coverage
Temporal coverage
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/highlights/it-titjib-tal-kwalita-tal or scan the QR code.
PDF generated on 08 Feb 2023, 12:11 PM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn