News
Hemm bżonn ta’ aktar azzjoni biex iċ-ċittadini l-aktar vulnerabbli tal-Ewropa jiġu protetti mit-tniġġis tal-arja, mill-istorbju u mit-temperaturi estremi
- Bulgarian (bg)
- Czech (cs)
- Danish (da)
- German (de)
- Greek (el)
- English (en)
- Spanish (es)
- Estonian (et)
- Finnish (fi)
- French (fr)
- Croatian (hr)
- Hungarian (hu)
- Italian (it)
- Lithuanian (lt)
- Latvian (lv)
- Maltese (mt)
- Dutch (nl)
- Polish (pl)
- Portuguese (pt)
- Romanian (ro)
- Slovak (sk)
- Slovenian (sl)
- Swedish (sv)
Minkejja s-suċċess sinifikanti ħafna tal-politiki Ewropej matul is-snin biex intejbu l-kwalità tal-ħajja tagħna u nħarsu l-ambjent, aħna nafu li jista’ jsir iktar madwar l-UE biex niżguraw li l-Ewropej kollha, irrispettivament mill-età, id-dħul jew l-edukazzjoni tagħhom, ikunu protetti sew mill-perikli ambjentali li qed niffaċċjaw
Hans Bruyninckx, Direttur Eżekuttiv tal-EEA
Ir-rapport tal-EEA “Unequal exposure and unequal impacts: social vulnerability to air pollution, noise and extreme temperatures in Europe (Esponiment inugwali u impatti inugwali: vulnerabbiltà soċjali għat-tniġġis tal-arja, għall-istorbju u għat-temperaturi estremi fl-Ewropa)” jiġbed l-attenzjoni għar-rabtiet mill-qrib bejn problemi soċjali u ambjentali madwar l-Ewropa. Id-distribuzzjoni ta’ dan it-theddid ambjentali u l-impatti li għandhom fuq is-saħħa tal-bniedem jirriflettu mill-qrib id-differenzi fil-livelli tad-dħul, il-qgħad u l-edukazzjoni madwar l-Ewropa.
Filwaqt li l-politika u l-leġiżlazzjoni tal-UE f’dan l-aħħar għexieren ta’ snin, wasslu għal titjib sinifikanti fil-kundizzjonijiet tal-għajxien, kemm ekonomikament kif ukoll f’termini ta’ kwalità ambjentali, għad hemm inugwaljanzi reġjonali. Ir-rapport jenfasizza li allinjament aħjar tal-politiki soċjali u ambjentali, u azzjoni lokali mtejba huma meħtieġa biex kwistjonijiet tal-ġustizzja ambjentali jiġu ndirizzati b’suċċess.
"Il-Kummissjoni Ewropea enfasizzat b’mod konsistenti li, fuq kwistjonijiet ambjentali, aħna Ewropa li tipproteġi. Dak il-prinċipju huwa ttestjat aħjar billi jiġi eżaminat kif nipproteġu lill-persuni vulnerabbli, dgħajfa u li ma jistgħux jiddefendu ruħhom. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tkun imfaħħra għal dan ir-rapport li jeżamina kif il-foqra, l-anzjani u t-tfal żgħar huma dawk l-aktar f’riskju minn kwalità ħażina ta’ l-arja, storbju eċċessiv u temperaturi estremi. Dan jinfurmana dwar l-isforzi tagħna biex niżguraw li nkunu Ewropa li tipproteġi lil kulħadd ”, sostna Karmenu Vella, il-Kummissarju tal-UE għall-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd.
“Minkejja s-suċċess sinifikanti ħafna tal-politiki Ewropej matul is-snin biex intejbu l-kwalità tal-ħajja tagħna u nħarsu l-ambjent, aħna nafu li jista’ jsir iktar madwar l-UE biex niżguraw li l-Ewropej kollha, irrispettivament mill-età, id-dħul jew l-edukazzjoni tagħhom, ikunu protetti sew mill-perikli ambjentali li qed niffaċċjaw,” qal Hans Bruyninckx, Direttur Eżekuttiv tal-EEA.
Exposure to PM2.5 mapped against GDP per capita, 2013-2014
Note: Exposure is expressed as population-weighted concentrations; mapped for NUTS 3 regions.
Source: Based on ETC/ACM (2018a).
Annual number of cooling degree days (CDDs; 1990-2016 average) mapped against long-term unemployment (left) and proportion of people 75 years old or older (right), 2013-2014
Note: Number of cooling degree days per year is the 1990-2015 average. The long-term unemployment rate and the percentage of people 75 years old or older are classified using quantiles, i.e. five equal intervals. Mapped for NUTS 2 regions.
Source: EEA based on the E-OBS dataset (updated from Haylock et al., 2008) and Eurostat.
Sejbiet ewlenin
Tniġġis tal-arja u mill-istorbju
- Ir-reġjuni tal-Ewropa tal-Lvant (inklużi l-Polonja, is-Slovakkja, l-Ungerija, ir-Rumanija u l-Bulgarija) u r-reġjuni fin-Nofsinhar tal-Ewropa (inklużi Spanja, il-Portugall, l-Italja u l-Greċja), fejn id-dħul u l-edukazzjoni huma aktar baxxi u r-rati tal-qgħad ogħla mill-medji Ewropej, kienu aktar esposti għal sustanzi li jniġġsu l-arja inklużi materja partikolata (PM) u ożonu troposferiku (O3).
- Reġjuni aktar għonja, inklużi bliet kbar, għandhom it-tendenza li jkollhom medja ta’ livelli ogħla ta’ dijossidu tan-nitroġenu (NO2), l-aktar minħabba l-konċentrazzjoni għolja tat-traffiku fit-toroq u l-attivitajiet ekonomiċi. Madankollu, f’dawn ir-reġjuni nfushom, xorta huma l-ifqar komunitajiet li għandhom it-tendenza li jkunu esposti għal livelli lokali ogħla ta’ NO2.
- L-esponiment għall-istorbju huwa ħafna iktar lokalizzat mill-esponiment għat-tniġġis tal-arja u l-livelli tal-ambjent ivarjaw konsiderevolment fuq distanzi qosra. L-analiżi sabet rabta tentattiva bejn il-livelli ta’ storbju fil-bliet u dħul aktar baxx tal-familji, u tissuġġerixxi li bliet b’popolazzjoni iktar fqira għandhom livelli ta’ storbju ogħla.
Temperaturi estremi
- Ir-Reġjuni tan-Nofsinhar u tax-Xlokk tal-Ewropa huma affettwati aktar minn temperaturi ogħla. Bosta reġjuni fil-Bulgarija, fil-Kroazja, fil-Greċja, fl-Italja, fil-Portugall u fi Spanja huma kkaratterizzati wkoll minn dħul u edukazzjoni iktar baxxi, livelli ogħla ta’ qgħad u popolazzjonijiet ikbar fl-età. Dawn il-fatturi soċjo-demografiċi jistgħu jnaqqsu l-abilità tal-individwi biex jikkumbattu u jevitaw is-sħana u b’hekk jirriżultaw f’riżultati negattivi għas-saħħa.
- F’xi partijiet tal-Ewropa numru kbir ta’ nies ma jistgħux iżommu d-djar tagħhom sħan b’mod adegwat minħabba akkomodazzjoni ta’ kwalità baxxa u l-prezz tal-enerġija. Bħala riżultat, mard u fatalitajiet assoċjati ma’ esponiment għal temperaturi baxxi jibqgħu jseħħu.
X’qiegħed isir biex tiġi indirizzata din il-problema?
L-Unjoni Ewropea (UE) kollha kemm hi għamlet progress sinifikanti matul l-aħħar għexieren ta’ snin fit-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja u l-Istati Membri implimentaw diversi politiki tal-UE biex itejbu l-adattament għat-tibdil fil-klima. Il-politika reġjonali tal-UE wriet l-effettività tagħha biex tgħin tindirizza l-inugwaljanzi soċjali u ekonomiċi. Numru ta’ awtoritajiet reġjonali u tal-bliet huma wkoll proattivi fit-tnaqqis tal-impatt tal-perikli ambjentali fuq il-membri l-aktar vulnerabbli tas-soċjetà:
- Ippjanar spazjali mtejjeb u ġestjoni tat-traffiku fit-toroq aħjar, bħall-introduzzjoni ta’ żoni b’emissjonijiet baxxi fiċ-ċentri tal-bliet, qed jgħinu biex jitnaqqas l-esponiment għat-tniġġis tal-arja u l-istorbju f’żoni fejn jgħixu gruppi soċjalment vulnerabbli.
- Projbizzjoni fuq ċerti karburanti li jintużaw għat-tisħin tad-djar, bħall-faħam, twassal ukoll għal titjib fil-kwalità tal-arja f’żoni bi dħul baxx. Madankollu, dan jeħtieġ li jiġi kkombinat ma’ sussidji għall-bidla għal għażliet ta’ tisħin aktar nodfa għal familji bi dħul baxx.
- Eżempji ta’ azzjonijiet immirati lejn il-protezzjoni tat-tfal mill-istorbju mill-inġenji tal-ajru u mit-toroq jinkludu l-forniment ta’ ostakli kontra l-istorbju u strutturi protettivi f’żoni tal-logħob li jinstabu fuq barra.
- Bosta awtoritajiet nazzjonali u lokali daħħlu fis-seħħ pjanijiet ta’ azzjoni biex itejbu r-rispons ta’ emerġenza biex jgħinu lill-anzjani u lill-gruppi vulnerabbli oħra waqt mewġiet ta’ sħana jew perjodi kesħin. Dan huwa spiss issupplimentat b’inizjattivi komunitarji jew b’dawk tas-settur volontarju.
- L-adattament għat-tibdil fil-klima jgħin biex iħejji għall-mewġ tas-sħana dejjem aktar frekwenti u estremi. B’mod partikolari, il-provvediment ta’ aktar spazju ekoloġiku jgħin biex jitkessħu ċ-ċentri tal-bliet filwaqt li jagħti benefiċċji tas-saħħa u tal-kwalità tal-ħajja lir-residenti urbani.
L-isfond tal-valutazzjoni
Tniġġis u perikli ambjentali oħra joħolqu riskji għas-saħħa għal kulħadd, iżda għandhom impatti akbar fuq xi nies minħabba l-età jew l-istat tas-saħħa tagħhom. L-abilità tal-individwi li jevitaw, jew li jifilħu għal dawn il-perikli hija influwenzata wkoll mid-dħul, mill-istatus tal-impjieg jew mil-livell ta’ edukazzjoni tagħhom. Ir-rapport tal-EEA jivvaluta r-rabtiet bejn l-inugwaljanzi soċjali u demografiċi u l-esponiment għat-tniġġis tal-arja, l-istorbju u t-temperaturi estremi f’diversi skali fl-Ewropa.
Permalinks
- Permalink to this version
- 2e4dcc3dcaac41ff88e56113605707cc
- Permalink to latest version
- OIATBE296Z
Geographic coverage
Temporal coverage
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/highlights/hemm-bzonn-ta2019-aktar-azzjoni or scan the QR code.
PDF generated on 02 Feb 2023, 04:43 PM
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn